Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0189

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża T-189/07

    Frosch Touristik GmbH

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009   II ‐ 1505

    Sommarju tas-sentenza

    Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità

    (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(a))

    Id-data rilevanti għall-finijiet tal-eżami ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja hija dik tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark ikkontestata. Il-fatt li l-ġurisprudenza taċċetta t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li seħħew wara din id-data, mhux talli ma jdgħajjifx din l-interpretazzjoni tal-imsemmi artikolu, iżda jsaħħaha, peress li t-teħid inkunsiderazzjoni huwa possibbli biss bil-kundizzjoni li dawn l-elementi jikkonċernaw is-sitwazzjoni fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark. Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94 hija l-unika interpretazzjoni li tevita li l-probabbiltà li t-trade mark titlef il-karattru reġistrabbli tiżdied skont it-tul tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni. Interpretazzjoni li biha l-kundizzjonijiet rikjesti għandhom ikunu soddisfatti fil-mument tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u jkomplu jkunu sodisfatti sar-reġistrazzjoni tat-trade mark twassal sabiex, għall-kuntrarju, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark issir dipendenti, parzjalment, fuq avveniment każwali, jiġifieri, it-tul tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li din il-kunsiderazzjoni, ibbażata fuq it-tul tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni, hija waħda mir-raġunijiet għaliex l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 kien ġie interpretat li jimponi li l-kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu ssir qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ta’ trade mark.

    (ara l-punti 19, 20)

    Top