Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0564

    Sommarju tas-sentenza

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs L-Awstrija

    (Kawża C-564/07)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Avukati tal-privattivi — Obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali — Obbligu li tiġi maħtura persuna residenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tas-servizzi”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 23)

    2. 

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet (Artikolu 49 KE) (ara l-punti 31, 32, 35-37, 47-53, 55 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra, sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu, temporanjament, is-servizzi tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat — Obbligu li wieħed jirreġistra ruħu fir-reġistru nazzjonali, li jkollu, għal dan il-għan, assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali, li jkun suġġett għall-osservanza tar-regoli dixxiplinari nazzjonali kollha minbarra dawk marbuta mal-kwalifiki professjonali u li jopera bi sħab ma’ mandatarju lokali.

    Dispożittiv

    1) 

    Billi tobbliga lill-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ, temporanjament, jipprovdu servizzi fl-Awstrija, jirrikorru għas-servizzi ta’ persuna residenti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

    2) 

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3) 

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

    Top