Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0376

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-376/07

    Staatssecretaris van Financiën

    vs

    Kamino International Logistics BV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Monitors tat-tip LCD mgħammra b’sokits ta’ SUB-D, DVI-D, USB, S-vidjo u vidjo kompost — Intestatura 8471 — Intestatura 8528 — Regolament (KE) Nru 754/2004”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Mengozzi, ippreżentati fl-10 ta’ Settembru 2008   I ‐ 1171

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Frar 2009   I ‐ 1196

    Sommarju tas-sentenza

    1. Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Monitors li jistgħu jitrażmettu sinjali li ġejjin minn magna awtomatika ta’ pproċessar ta’ data kif ukoll minn sorsi oħra

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1789/2003)

    2. Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Monitors li jistgħu jitrażmettu sinjali li ġejjin minn magna awtomatika ta’ pproċessar ta’ data kif ukoll minn sorsi oħra

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I)

    3. Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Monitors li jistgħu jitrażmettu sinjali li ġejjin minn magna awtomatika ta’ pproċessar ta’ data kif ukoll minn sorsi oħra – Applikazzjoni b’analoġija tar-Regolament ta’ klassifikazzjoni Nru 754/2004 – Kundizzjonijiet – Xebh suffiċjenti bejn il-prodotti – Assenza

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 754/2004)

    1.  Monitors tat-tip LCD mgħammra b’sokits ta’ SUB-D, DVI-D, USB, S-vidjo u vidjo kompost, mhumiex esklużi mill-klassifikazzjoni fis-subintestatura 84716090 bħala unitajiet tat-tip użat “prinċipalment” f’sistema awtomatika ta’ pproċessar ta’ data fis-sens tal-inċiż (a) tan-nota 5, B tal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, għall-unika raġuni li dawn jistgħu jittrażmettu sinjali minn magna li tipproċessa data awtomatikament kif ukoll minn sorsi oħra.

      F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, min-nota 5, E tal-kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda jirriżulta li huwa biss l-apparat li jinkorpora jew jaħdem flimkien ma’ magna tali, li l-funzjoni tagħha ma taqax taħt l-ipproċessar ta’ data, li jeżerċita “funzjoni speċifika minbarra l-ipproċessar ta’ data”. Issa, dawn il-monitors, barra l-funzjoni tagħhom ta’ trażmissjoni ta’ immaġni minn apparat bħal game console, vidjo plejer jew DVD plejer, li ma taqax taħt l-ipproċessar tad-data, jiżguraw ukoll it-trażmissjoni ta’ sinjali minn magna awtomatika li tipproċessa d-data.

      It-tieni nett, jekk, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom taħt is-subintestatura 84716090, l-imsemmija monitors mhumiex tat-tip użat esklużivament f’sistema awtomatika ta’ pproċessar tad-data għaliex jistgħu jitqabbdu mal-unità ċentrali ta’ pproċessar, kemm jekk jirċievu data f’forma li jistgħu jintużaw mis-sistema u kemm jekk jistgħu jittrażmettu sinjali ukoll minn sorsi oħra, interpretazzjoni tal-inċiż (a) tan-nota 5, B tal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda, fis-sens li s-sempliċi possibbiltà, għall-monitors inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jittrażmettu immaġini minn sorsi oħra barra minn magna awtomatika ta’ pproċessar tad-data teskludi l-klassifikazzjoni tagħhom fl-intestatura 8471, tekwivali għat-tneħħija tal-kelma “prinċipalment” li tinsab fit-test tal-imsemmija nota.

      Fl-aħħar nett, jekk in-noti ta’ spjegazzjoni relatati mas-subintestatura 8471 tas-sistema armonizzata kellhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeskludu l-klassifikazzjoni fis-subintestatura 84716090 tal-monitors kollha li jistgħu jittrażmettu sinjali minn magna awtomatika ta’ pproċessar ta’ data kif ukoll minn sorsi oħra, l-imsemmija noti ta’ spjegazzjoni jkollhom bħala effett li jbiddlu u, b’mod partikolari, li jirrestrinġu l-portata tal-inċiż (a) tan-Nota 5, B tal-Kapitolu 84. Għalhekk, li kieku n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM dwar is-subintestatura 84716090 u n-noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-intestatura 8471 tas-sistema armonizzata kellhom jiġu interpretati f’dan is-sens, l-applikazzjoni tagħhom ikollha, fuq dan il-punt, tiġi skartata, billi din l-interpretazzjoni mhijiex konformi mal-inċiż (a) tan-nota 5, B tal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda.

      (ara l-punti 39-46, 49-51 u d-dispożittiv 1)

    2.  Sabiex jiġi ddeterminat jekk monitors bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex unitajiet tal-kwalità użati prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa d-data, l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-qrati, għandhom jagħmlu użu mill-indikazzjonijiet li jinsabu fin-noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-intestatura 8471 tas-sistema armonizzata stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u l-Protokoll li jemendaha tal-24 ta’ Ġunju 1986, b’mod partikolari mal-punti 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu I, D, iddedikata għall-iskrins ta’ magni ta’ pproċessar tad-data. F’dan ir-rigward, in-numru u t-tip ta’ sokits li bihom huma mgħammra monitors bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jikkostitwixxu, waħedhom, il-kriterji determinanti għall-klassifikazzjoni tat-tariffi ta’ monitors tali u li, għall-finijiet ta’ dan tal-aħħar, għandu jiġi evalwat, b’relazzjoni wkoll ma’ kriterji oħra u fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-karatteristiċi oġġettivi ta’ dawn il-monitors, b’liema miżura dawn tal-aħħar jistgħu jeżerċitaw diversi funzjonijiet kif ukoll il-livell ta’ prestazzjoni li huma jilħqu fl-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet, billi jsir użu min-noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-intestatura 8471 tas-sistema armonizzata.

      (ara l-punti 57, 59, 61, u d-dispożittiv 2)

    3.  Ir-Regolament Nru 754/2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, ma japplikax għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-monitors LCD, mgħammra b’sokits ta’ SUB-D, DVI-D, USB, S-vidjo u vidjo kompost. Fil-fatt, anki jekk l-applikazzjoni b’analoġija ta’ regolament ta’ klassifikazzjoni għall-prodotti simili għal dawk koperti minn dan ir-Regolament tgħin għal interpretazzjoni koerenti tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll għat-trattament ugwali tal-operaturi, jeħtieġ ukoll, f’sitwazzjoni tali, li l-prodotti li għandhom jiġu kklassifikati u dawk imsemmija fir-regolament ta’ klassifikazzjoni jkunu suffiċjentement simili. Issa, l-imsemmija monitors tat-tip LCD mhumiex identiċi fil-kawża prinċipali mil-lat teknoloġiku għall-prodotti li huma s-suġġett ta’ klassifikazzjoni permezz tar-Regolament Nru 754/2004, li jirrigwarda l-monitors ta’ skrin plasma, li huma differenti ukoll fir-rigward tad-dimensjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tagħhom.

      (ara l-punti 64-70 u d-dispożittiv 3)

    Top