Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0196

    Sommarju tas-sentenza

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Marzu 2008 — Il-Kummissjoni vs Spanja

    (Kawża C-196/07)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika tal-kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Nuqqas ta’ twettiq ta’ ċerti obbligi imposti mill-Kummissjoni — E.ON/Endesa”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-metru mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 25, 26)

    2. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tal-kawża — Determinazzjoni permezz ta’ l-opinjoni motivata — Terminu mogħti lill-Istat Membru — Waqfien sussegwenti tan-nuqqas — Interess li titkompla l-azzjoni — Responsabbiltà eventwali ta’ l-Istat Membru (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 27, 28)

    3. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Non-osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar operazzjoni ta’ konċentrazzjoni — Raġunijiet ta’ difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ twettiq — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Diffikultajiet ta’ twettiq — Obbligu tal-Kummissjoni u ta’ l-Istat Membru li jikkollaboraw fit-tfittxija ta’ soluzzjoni li tirrispetta t-Trattat (Artikoli 10 KE u 226 KE) (ara l-punt 30)

    4. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Non-osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar operazzjoni ta’ konċentrazzjoni — Motivi ta’ difiża — Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni — Inammissibbiltà — Limiti — Att ineżistenti (Artikoli 226 KE, 227 KE, 230 KE u 232 KE) (ara l-punti 34-38)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ konformità ma’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każ COMP/M. 4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 4279 finali), u ma’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 (Każ COMP/M. 4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 7039 finali).

    Dispożittiv

    1) 

    Billi ma ħassarx:

    il-kundizzjonijiet Nri 1 sa 6, 8 u 17 imposti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali ta’ l-Enerġija, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 [Każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 4279 finali], u

    il-kundizzjonijiet Nri 1, 10, 11 u 15 emendati, imposti mid-deċiżjoni tal-Ministru ta’ l-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 [Każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 7039 finali], fit-terminu mogħti,

    ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 2 ta’ kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.

    2) 

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top