Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0124

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-124/07

J.C.M. Beheer BV

vs

Staatssecretaris van Financiën

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Sitt Direttiva tal-VAT — Provvista ta’ servizzi marbuta ma’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni — Brokers u aġenti ta’ l-assigurazzjoni”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2008   I - 2103

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13B(a))

L-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li broker jew aġent ta’ l-assigurazzjoni ma jkollux relazzjoni diretta mal-partijiet fuq kuntratt ta’ assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni li għal konklużjoni tiegħu huwa jagħti kontribut, iżda jkollu biss relazzjoni indiretta ma’ dawn ta’ l-aħħar permezz ta’ l-involviment ta’ persuna taxxabbli oħra, li tkun hija stess f’relazzjoni diretta ma’ waħda minn dawn il-partijiet u li magħha dan il-broker jew dan l-aġent ta’ l-assigurazzjoni jkun marbut kuntrattwalment, ma jipprekludix l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud tas-servizz mogħti minn dan ta’ l-aħħar fuq il-bażi ta’ l-istess dispożizzjoni.

(ara l-punt 29 u d-dispożittiv)

Top