Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TO0393

    Sommarju tad-digriet

    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-26 ta' Novembru 2008 — Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-393/06)

    “Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva azinphos-methyl — Inklużjoni fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE — Nuqqas ta’ proposta ġdida mill-Kummissjoni wara l-oppożizzjoni tal-Kunsill — Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni — Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6)) (ara l-punti 31, 44, 45)

    2. 

    Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Intimazzjoni lill-istituzzjoni — Nuqqas (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 49, 50)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li allegatament tinsab f’ittra tat-12 ta’ Ottubru 2006, li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), jew, sussidjarjament, talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni billi din tal-aħħar naqset illegalment milli tippreżenta tali proposta.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2) 

    Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl u Magan Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

    3) 

    Il-European Crop Protection Association għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top