EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0060(01)

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tat-22 ta’ April 2016.
Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Direttiva 92/81/KEE – Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali – Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina – Eżenzjoni mis-sisa – Natura selettiva tal-miżura – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni – Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali tal-1998 – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Prinċipju lex specialis derogat legi generali – Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legalità u ta’ effett utli tal-atti tal-istituzzjonijiet – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża T-60/06 RENV II.

Court reports – general

Kawżi magħquda T‑60/06 RENV II u T‑62/06 RENV II

Ir-Repubblika Taljana u Eurallumina SpA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina — Eżenzjoni mis-sisa — Natura selettiva tal-miżura — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali tal-1998 — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Prinċipju lex specialis derogat legi generali — Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legalità u ta’ effett utli tal-atti tal-istituzzjonijiet — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tat-22 ta’ April 2016

  1. Rikors għal annullament – Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

    (Artikolu 230 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 KE)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà

    [Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)]

  3. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ċertezza legali – Portata – Intanġibbiltà tal-atti tal-istituzzjonijiet – Osservanza ta’ regoli ta’ kompetenza u ta’ proċedura – Obbligu li jiġu evitati l-inkoerenzi li jistgħu jirriżultaw mill-implementazzjoni tad-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni – Portata u konsegwenzi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

    (Artikolu 88 KE)

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva, indipendentement mill-aġir tal-istituzzjonijiet – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Stat Membru, skont id-Direttiva 92/81, jintroduċi eżenzjoni mid-dazji tas-sisa – Evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-assenza, f’dan il-kuntest, ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ ostakoli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern – Assenza ta’ effett fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ effett fuq it-tqassim mit-Trattat tal-imsemmija kompetenzi – Assenza ta’ eċċess ta’ poter u ta’ ksur tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/96

    (Artikoli 87 KE, 88 KE u 93 KE; Direttivi tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4) u (5) u 2003/96, Artikolu 18; Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224)

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva, indipendentement mill-aġir tal-istituzzjonijiet – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Stat Membru, skont id-Direttiva 92/81, jintroduċi eżenzjoni mid-dazji tas-sisa – Evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-assenza, f’dan il-kuntest, ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ ostakoli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern – Assenza ta’ effett fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ effett utli kif ukoll tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 92/81

    (Artikoli 87 KE, 88 KE u 93 KE; Direttivi tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4) u (5) u 2003/96, Artikolu 18; Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224)

  6. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Formulazzjoni mhux preċiża ta’ ilment – Inammissibbiltà

    [Artikolu 225 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)]

  7. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku

    (Artikolu 87(1) KE)

  8. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna – Proċeduri distinti – Effetti ta’ deċiżjoni ta’ inkompatibbiltà

    (Artikolu 88 KE)

  9. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Kwalifika bħala għajnuna eżistenti – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Stat Membru, skont id-Direttivi 92/81 u 2003/96, jintroduċi eżenzjoni mid-dazji tas-sisa – Deċiżjoni li ma tistax tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna – Eżenzjoni li ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti

    [Artikoli 87 KE, 88 KE u 93 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b); Direttivi tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4) u 2003/96, Artikolu 18 u Anness II; Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224, Artikolu 1(2)]

  10. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Effett tal-linji gwida adottati mill-Kummissjoni

    (Artikolu 87(3) KE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2001/C 37/03 u 98/C 74/06)

  11. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

    (Artikoli 88(3) KE u 230 KE)

  12. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna intiża għall-iżvilupp reġjonali – Kriterji – Eżistenza ta’ żvantaġġ reġjonali partikolari – Obbligu li tiġi stabbilita n-neċessità tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali

    [Artikolu 87(3)(a) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 74/06, punti 4.15 sa 4.17]

  13. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Kundizzjonijiet u limiti – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Assenza ta’ aspettattivi leġittimi – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Assenza

    (Artikoli 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1); Direttivi tal-Kunsill 92/81 u 2003/96)

  14. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Kundizzjonijiet u limiti – Tmiem l-aspettattivi leġittimi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali anki fil-każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali

    (Artikoli 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1); Direttivi tal-Kunsill 92/81 u 2003/96)

  15. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali – Obbligu li deċiżjoni tingħata f’terminu raġonevoli – Assenza ta’ effett fil-każ ta’ għajnuna li ma ġietx innotifikata b’mod regolari lill-Kummissjoni – Ksur – Assenza ta’ ostakolu fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna – Limiti – Ksur tad-drittijiet tad-difiża

    (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 7(6) u 13(2)

  16. Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

    (Artikoli 230 KE u 253 KE)

  17. Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Kundanna tal-parti li tirbaħ sabiex tbati parti mill-ispejjeż tagħha stess

    [Artikolu 225 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 135]

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 43)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 45, 46)

  3.  Il-prinċipju ta’ ċertezza legali jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li huwa intiż sabiex jiggarantixxi l-prevedibbiltà ta’ sitwazzjonijiet u ta’ relazzjonijiet legali li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni. Għal dan l-għan, huwa essenzjali li l-istituzzjonijet josservaw l-intanġibbiltà tal-atti li huma jadottaw u li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali u materjali tal-individwi suġġetti għad-dritt, b’mod li huma ma jistgħux jemendaw dawn l-atti mingħajr ma josservaw regoli ta’ kompetenza u ta’ proċedura.

    L-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet jevitaw, bħala prinċipju, l-inkoerenzi li jistgħu jirriżultaw fl-implementazzjoni tad-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, u dan b’mod partikolari fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ikollhom l-istess mira, bħalma hija l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq komuni. F’dan ir-rigward, fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jeżiġi li, meta l-Kummissjoni tkun ħolqot, bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza impost fuqha, sitwazzjoni ta’ natura ekwivoka, minħabba l-introduzzjoni ta’ elementi ta’ inċertezza u ta’ nuqqas ta’ ċarezza f’leġiżlazzjoni applikabbli, magħquda ma’ nuqqas ta’ reazzjoni għal żmien twil min-naħa tagħha minkejja l-għarfien tagħha tal-għajnuna kkonċernata, għandha tkun hija li tiċċara dik is-sitwazzjoni qabel ma tkun tista’ tieħu kwalsiasi azzjoni intiża sabiex tordna l-ħlas lura tal-għajnuna diġà mħallsa.

    (ara l-punti 63, 183)

  4.  Il-proċedura prevista fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, li kien jattribwixxi lill-Kunsill, li jiddeċiedi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, is-setgħa li jawtorizza lil Stat Membru jintroduċi eżenzjonijiet jew tnaqqis tar-rata tad-dazji tas-sisa li ma humiex dawk previsti mill-imsemmija direttiva għal raġunijiet politiċi speċifiċi, għandha għan u kamp ta’ applikazzjoni differenti minn dawk tas-sistema stabbilita fl-Artikolu 88 KE.

    Għaldaqstant, deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza Stat Membru, b’mod konformi mal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva, li jintroduċi eżenzjoni minn dazji tas-sisa ma jistax ikollha l-effett li xxekkel lill-Kummissjoni milli teżerċita l-kompetenzi mogħtija lilha mit-trattat u, konsegwentement, milli timplementa l-proċedura prevista fl-Artikolu 88 KE sabiex teżamina jekk din l-eżenzjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u sabiex jekk ikun il-każ, fi tmiem din il-proċedura, tieħu deċiżjoni bħalma hija d-deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ tali għajnuna.

    Barra minn hekk, il-fatt li d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill jagħtu eżenzjonijiet totali mid-dazji tas-sisa billi jiffissaw kundizzjonijiet ta’ natura ġeografika u ratione temporis preċiżi u li dawn tal-aħħar huma strettament osservati mill-Istati Membri ma għandux effett fuq it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni u għalhekk ma jistax iċċaħħad lill-Kummissjoni milli teżerċita l-kompetenzi tagħha.

    Minn dan isegwi li, billi timplementa, mingħajr ma qabel tuża l-proċedura prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 92/81, il-proċedura prevista fl-Artikolu 88 KE, sabiex jiġi eżaminat jekk eżenzjoni mid-dazji tas-sista tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, u billi tieħu, fi tmiem din il-proċedura, deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ tali għajnuna minkejja li l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2001/224, dwar ir-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa u l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa fuq ċerti żjut minerali meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi, kien jawtorizza espressament lill-Istat ikkonċernat sabiex ikompli japplika din l-eżenzjoni, il-Kummissjoni ma tiksirx il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ effett utli tal-atti tal-istituzzjonjiet,u lanqas l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 92/81. Fil-fatt, id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill, adottati fuq proposta tal-Kummissjoni, jistgħu jipproduċu l-effetti tagħhom biss fil-kamp kopert mir-regoli fil-qasam ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet dwar id-dazji tas-sisa u ma jippreġudikawx l-effetti ta’ eventwali deċiżjoni li l-Kummissjoni tista’ tadotta fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat.

    (ara l-punti 65-67, 69, 72)

  5.  Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jirrispondi għal sitwazzjoni oġġettiva u ma jistax jiddependi minn imġiba jew minn dikjarazzjonijiet tal-istituzzjonijiet. Konsegwentement, il-fatt li l-Kummissjoni qieset, meta adottat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, li eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina ma jwasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq komuni ma jistax jipprekludi li l-imsemmija eżenzjonijiet ikunu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, jekk ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. Isegwi a fortiori li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta, għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa bħala għajnuna mill-Istat, mill-evalwazzjonijiet tal-Kunsill, fid-deċiżjonijiet tiegħu fil-qasam ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet dwar id-dazji tas-sisa, li jipprovdu li l-imsemmija eżenzjonijiet ma jwasslux għal distrosjoni tal-kompetizzjoni u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq komuni.

    Minn dan isegwi li, billi impelementat il-proċedura prevista fl-Artikolu 88 KE, sabiex teżamina jekk l-eżenzjoni kontenzjuża tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, u billi fi tmiem din il-proċedura ħadet deċiżjoni li tikkonstata għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha, il-Kummissjoni eżerċitat biss il-kompetenzi tagħha fdati lilha mit-Trattat KE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u li, billi għamlet dan, hija la kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ lex specialis derogat legi generali, u lanqas il-preżunzjoni ta’ legalità u l-effett utli tal-atti tal-istituzzjonijiet.

    (ara l-punti 72-74, 77, 81-84)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 89-91)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 97-99, 101)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 108)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 110, 111)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 127, 128, 147)

  11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 132)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 143, 152, 157)

  13.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 174-176, 187,188, 192)

  14.  Stat Membru, li l-awtoritajiet tiegħu jkunu taw għajnuna bi ksur tal-liġijiet ta’ proċedura previsti fl-Artikolu 88 KE, jista’ jinvoka l-aspettattivi leġittimi tal-impriża benefiċjarja sabiex jikkontesta quddiem il-qorti tal-Unjoni l-validità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordnalu l-irkupru tal-għajnuna, imma mhux sabiex jaħrab mill-obbligu tiegħu li jieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħha. Madankollu, kont meħud tar-rwol fundamentali li għandu l-obbligu ta’ notifika sabiex jippermetti l-effettività tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni, li għandu natura imperattiva, il-benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, fil-prinċipju, aspettattivi leġittimi fil-legalità ta’ dik l-għajnuna biss jekk din kienet mogħtija fl-sservanza tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88 KE u operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun jista’ jiżgura ruħu li dik il-proċedura kienet ġiet osservata.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dewmien min-naħa tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi li għajnuna hija illegali u li għandha tiġi kkanċellata u tiġi rkuprata minn Stat Membru jista’, taħt ċerti ċirkustanzi, joħloq aspettattivi leġittimi għall-benefiċjarji tal-imsemmija għajnuna tali li jipprekludu lill-Kummissjoni milli titlob lil dan l-Istat Membru biex jordna l-ħlas lura tal-għajnuna. Madankollu, fid-dawl tar-rekwiżiti li jitnisslu mill-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, tali sitwazzjoni ta’ natura ekwivoka maħluqa mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill, adottati fuq proposta tal-Kummissjoni, li Stat Membru jiġi awtorizzat jintroduċi eżenzjonijiet jew tnaqqis tar-rata tad-dazju tas-sisa skont id-Direttiva 92/81, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali. topponi biss l-irkupru tal-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tal-eżenzjoni kontenzjuża sad-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Bil-kuntrarju b’effett minn dik il-pubblikazzjoni, il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jkun jaf li, jekk din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, kien meħtieġ li hija tkun awtorizzata mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 88 KE. Isegwi li l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali efettivament iġġib fit-tmien l-aspettattivi leġittimi li l-benefiċjarju tal-għajnuna seta’ kellu preċedentement fil-legalità ta’ tali eżenzjoni. Fil-fatt, din il-pubblikazzjoni telimina kull inċertezza, marbuta mal-kliem tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill, dwar il-fatt li l-miżuri inkwistjoni, jekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu awtorizzati minnha, skont l-Artikolu 88 KE.

    Fir-rigward, fl-aħħar nett, taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li setgħu leġittimament joħolqu l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarju ta’ għajnuna illegali fil-legalità tagħha, kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni apparenti tal-Kummissjoni huwa nieqes minn sinjifikat meta skema ta’ għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lilha. Din is-soluzzjoni tgħodd ukoll f’każ li skema ta’ għajnuna tkun ġiet implementata mingħajr ma l-preavviż tal-eżekuzzjoni meħtieġ mis-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 1973, Lorenz, 120/73, ikun ġie osservat u, għaldaqstant, mingħajr ma l-proċedura prevista mill-Artikolu 88 KE tkun ġiet kompletament segwita.

    (ara l-punti 179-181, 188-190, 217)

  15.  Is-sempliċi fatt li, ħlief għal perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, li jibdew jiddekorru mill-għoti tal-għajnuna, wara liema perijodu l-irkupru tal-għajnuna ma jistax jiġi ordnat, ir-Regolament Nru 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE, ma jipprovdi għal ebda terminu, anki jekk indikattiv, għall-eżami mill-Kummissjoni ta’ għajnuna illegali, skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament li jipprovdi li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta bit-terminu stabbilit fl-Artikolu 7(6) ta’ dan l-istess regolament, ma jostakolax lill-qorti tal-Unjoni milli tivverifika jekk din l-istituzzjoni osservatx terminu raġonevoli jew aġixxietx b’mod eċċessivament tardiv.

    Fil-fatt, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament Nru 659/1999, il-perijodu ta’ referenza sabiex titwassal fit-tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat innotifikata huwa ta’ 18-il xahar. Dan il-perijodu, anki jekk mhux applikabbli għall-għajnuna illegali, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 659/1999, jipprovdi punt ta’ referenza utili sabiex tiġi evalwata n-natura raġonevoli tat-tul ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali rigwardanti miżura implementata b’mod illegali.

    F’dan ir-rigward, terminu ta’ ftit iktar minn 49 xahar bejn l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata għajnuna mill-Istat u li tordna l-irkupru tagħha, li huwa ftit iktar mid-doppju ta’ dak previst fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament Nru 659/1999 sabiex tintemm proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat innotifikata, jidher irraġonevoli. Tali terminu lanqas ma huwa ġġustifikat għal dak li jikkonċerna fajls li ma jippreżentaw ebda diffikultà manifesta u li fuqhom il-Kummissjoni setgħet tifforma opinjoni ferm qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    Madankollu, il-ksur tal-osservanza ta’ terminu raġonevoli jiġġustifika biss l-annullament tad-deċiżjoni adottata fi tmiem dan it-terminu jekk hija tinkludi wkoll ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata.

    (ara l-punti 182, 196, 199-201, 210)

  16.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 234)

  17.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 245, 247)

Top