Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0050(01)

    Sommarju tas-sentenza

    Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV

    L-Irlanda et

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Għajnuna mill-Istat — Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-allumina — Eżenzjoni mis-sisa — Konformità tal-eżenzjoni ma’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81 — Preżunzjoni ta’ legalità tal-atti tal-Unjoni — Ċertezza legali — Amministrazzjoni tajba”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Ċertezza legali – Kundizzjonijiet u limiti – Neċessità li jiġu evitati l-inkoerenzi fl-implementazzjoni tad-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ eventwali distorsjoni tal-kompetizzjoni – Rabta bejn ir-regoli fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali u tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

      (Artikoli 87 KE sa 89 KE u 93 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4))

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġi imputabbli lill-Istat – Eżenzjoni mis-sisa awtorizzata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi mad-Direttiva 92/81 – Vantaġġ imputabbli lill-Unjoni – Esklużjoni

      (Artikolu 87(1) KE; Direttiva tal-Kunsill 92/81, Artikolu 8(4))

    1.  Il-prinċipju ta’ ċertezza legali huwa intiż sabiex jiggarantixxi l-prevedibbiltà ta’ sitwazzjonijiet u ta’ relazzjonijiet ġuridiċi li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li l-istituzzjonijet tal-Unjoni jirrispettaw l-intanġibbiltà tal-atti li jkunu adottaw u li jaffettwaw is-sitwazzjoni ġuridika u materjali tal-individwi suġġetti għad-dritt, b’mod li ma jistgħux jibdlu dawn l-atti jekk mhux bl-osservanza tar-regoli ta’ kompetenza u r-regoli proċedurali. Madankollu, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jistax jiġi invokat b’mod effettiv jekk l-individwu suġġett għad-dritt, li s-sitwazzjoni materjali u ġuridika tiegħu tkun ġiet affettwata mill-att inkwistjoni, ma jkunx osserva l-kundizzjonijiet ifformulati minnu. L-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jevitaw, bħala prinċipju, l-inkoerenzi li jistgħu jirriżultaw fl-implementazzjoni tad-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, u dan b’mod partikolari fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ikollhom l-istess mira, bħalma hija l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq komuni.

      (ara l-punt 62)

    2.  Ir-regoli fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali, b’mod partikolari dawk marbuta mad-dazji tas-sisa, stipulati fl-Artikolu 93 KE u fid-Direttiva 92/81, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, u r-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, previsti fl-Artikoli 87 KE sa 89 KE, għandhom għan simili, jiġifieri l-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jiġu kkonfrontati, b’mod partikolari, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom, l-implementazzjoni koerenti ta’ dawn id-diversi regoli jeżiġu li l-kunċett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jassumi l-istess portata u l-istess sens fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali u fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, ir-regoli fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali, b’mod partikolari dawk marbuta mad-dazji tas-sisa, stipulati fl-Artikolu 93 KE u fid-Direttiva 92/81, jagħtu espressament lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri lill-Kummissjoni, li tipproponi, u lill-Kunsill, li jiddeċiedi, ir-responsabbiltà li tiġi evalwata l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni li jista’ jkun hemm, fir-rigward tal-awtorizzazzjoni jew nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru sabiex japplika jew ikompli japplika eżenzjoni mis-sisa armonizzata, skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81, jew l-eżistenza ta’ kompetizzjoni żleali jew distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern li jista’ jkun hemm li jiġġustifikaw eżami mill-ġdid ta’ awtorizzazzjoni li tkun diġà ngħatat fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu tal-aħħar, skont l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 92/81. Fil-każ ta’ evalwazzjoni negattiva f’dan ir-rigward, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tipproponi lill-Kunsill li ma jawtorizzax l-eżenzjoni mitluba jew, jekk ikun il-każ, li jħassar jew jemenda l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni li tkun diġà ngħatat. Fil-każ ta’ evalwazzjoni differenti mill-Kunsill f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għas-setgħat li hija għandha taħt l-Artikolu 230 KE billi tippreżenta, quddiem il-qorti tal-Unjoni, rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza eżenzjoni jew li żżomm awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni li tkun diġà ngħatat bil-għan li jiġi vverifikat in-nuqqas oġġettiv ta’ kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, ta’ kwalunkwe kompetizzjoni żleali jew kwalunkwe distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern ikkawżata minn din l-eżenzjoni. Iżda l-Kummissjoni ma tistax tiddeċiedi, meta tkun għadha fis-seħħ l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, li l-eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri jikkostitwixxu miżuri li għandhom jiġu nnotifikati lilha fuq il-bażi tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, peress li l-fatt stess li l-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni tiegħu jimplika li huwa eskluda kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, distorsjoni li fl-assenza tagħha ma jistax ikun hemm għajnuna pprojbita mit-Trattat.

      (ara l-punti 72, 84-110)

    3.  Sabiex vantaġġi jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, dawn għandhom, b’mod partikolari, ikunu imputabbli għal deċiżjoni awtonoma u unilaterali tal-Istati Membri kkonċernati.

      Dan ma huwiex il-każ meta l-eżenzjonijiet mis-sisa ngħataw minn ċerti Stati Membri billi bbażaw ruħhom fuq deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill mogħtija fuq proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi mad-Direttiva 92/81, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, u billi osservaw il-kundizzjonijiet kollha fformulati minnhom. Dawn il-vantaġġi kellhom jiġu imputati lill-Unjoni li, bl-intervent ta’ waħda mill-istituzzjonijiet tagħha, awtorizzat lill-Istati Membri kkonċernati japplikaw l-eżenzjonijiet fid-dawl tal-fatt, b’mod partikolari, li dawn l-eżenzjonijiet ma kinux jinvolvu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

      Minn dan isegwi li, sakemm id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill kienu fis-seħħ u ma ġewx emendati mill-Kunsill jew annullati mill-qorti tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx, fl-eżerċizzju stess tas-setgħat kważi esklużivi li hija għandha taħt l-Artikoli 87 KE u 88 KE, tikklassifika l-imsemmija eżenzjonijiet bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Barra minn hekk, sa fejn l-obbligi proċedurali stipulati fl-Artikolu 88 KE joriġinaw mill-klassifikazzjoni tal-miżuri kkonċernati bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, il-Kummissjoni ma setgħetx ġustament tilmenta li l-Istati Membri kkonċernati ma nnotifikawhiex bl-eżenzjonijiet inkwistjoni li huma kienu taw fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill u filwaqt li osservaw il-kundizzjonijiet ifformulati minnhom.

      (ara l-punti 74, 98 u 99)

    Top