Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FJ0134

Sommarju tas-sentenza

Staff case summary

Staff case summary

Sommarju

Uffiċjali – Pensjonijiet – Koeffiċjent ta’ korrezzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 82)

Il-kunċett ta’ residenza, skont l-Artikolu 82 tar-Regolamenti tal-Persunal l-antiki, li jipprovdu għall-applikazzjoni għall-pensjonijiet tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni stabbilit għall-pajjiż li fih il-persuna intitolata għall-pensjoni tiġġustifika li tkun stabbiliet ir-residenza tagħha, jistabbilixxi l-post fejn l-ex uffiċjal ikun effettivament stabbilixxa ċ-ċentru tal-interessi tiegħu, jiġifieri l-post fejn il-persuna kkonċernata tkun stabbiliet, bir-rieda li tagħtih karattru stabbli, iċ-ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi tagħha u fejn hija meqjusa li tagħmel l-infieq tagħha. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ residenza jimplika, indipendentement mill-informazzjoni purament kwantitattiva taż-żmien mgħoddi mill-persuna fit-territorju ta’ pajjiż jew ieħor, minbarra l-fatt fiżiku tal-għixien f’ċertu post, l-intenzjoni li dan il-fatt jingħata l-kontinwità li tirriżulta minn drawwa ta’ ħajja u ta’ kif jiżvolġu r-relazzjonijiet soċjali normali. Dan il-kunċett ta’ residenza huwa partikolari għas-servizz pubbliku Komunitarju u mhux neċessarjament jaqbel mal-interpretazzjonijiet nazzjonali ta’ dan it-terminu.

(ara l-punti 69 u 86)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 4 ta’ Ġunju 2003, Del Vaglio vs Il‑Kummissjoni, T‑124/01 u T‑320/01, ĠabraSP p. I‑A‑157 u II‑767, punti 70, u l-ġurisprudenza ċċitata, 71, u l-ġurisprudenza ċċitata, u 72; 12 ta’ Settembru 2005, Dionyssopoulou vs Il‑Kunsill, T‑320/04, Ġabra p. I‑0000, punt 39; 27 ta’ Settembru 2006, Kontouli vs Il‑Kunsill, T‑416/04, ĠabraSP p. I‑A‑2‑181 u II‑A‑2‑897, punt 71

Top