EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0460

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu – Direttiva 92/85 – Projbizzjoni ta’ tkeċċija – Kamp ta’ applikazzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 92/85, Artikolu 10)

2. Politika soċjali – Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa – Aċċess għall-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol – Trattament ugwali – Tkeċċija diskriminatorja

(Direttivi tal-Kunsill 76/207, Artikoli 2(1), 5(1) u 6, u 92/85, Artikoli 10 u 12)

Summary

1. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi mhux biss milli tiġi nnotifikata deċiżjoni ta’ tkeċċija minħabba tqala u/jew it-twelid ta’ tarbija fil-perijodu ta’ protezzjoni previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iżda wkoll li jittieħdu miżuri ta’ preparazzjoni għal deċiżjoni bħal din, bħat-tfixxija u l-previżjoni ta’ sostitut definittiv ta’ l-impjegat ikkonċernat, qabel l-iskadenza ta’ dan il-perijodu.

(ara l-punti 33, 38 u d-dispożittiv 1)

2. Deċiżjoni ta’ tkeċċija minħabba t-tqala u/jew it-twelid ta’ tarbija tmur kontra l-Artikoli 2(1) u 5(1) tad-Direttiva 76/207, dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, ikun xi jkun il-mument meta din id-deċiżjoni ta’ tkeċċija tiġi nnotifikata, anki jekk tiġi notifikata wara t-tmiem tal-perijodu ta’ protezzjoni previst fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu. Fejn it-tali deċiżjoni ta’ tkeċċija tmur kontra kemm l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 kif ukoll l-Artikoli 2(1) u 5(1) tad-Direttiva 76/207, il-miżura magħżula minn Stat Membru skond l-Artikolu 6 ta’ din l-aħħar direttiva sabiex tissanzjona l-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha tkun għall-inqas ekwivalenti għal dik prevista mid-dritt nazzjonali b’eżekuzzjoni ta’ l-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 92/85.

(ara l-punti 42, 54 u d-dispożittiv 2)

Top