EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0435

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003

(Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 1(1) u 2(7))

2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003

(Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Dikjarazzjoni Komuni Nru 28; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003)

Summary

1. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu għal ma’ familja tar-rispett, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija.

Fil-fatt, il-kunċett ta’ “materji ċivili”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jkun suġġett għal interpretazzjoni awtonoma. Hija biss applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 2201/2003 fl-Istati Membri, li titlob li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar ikun definit mid-dritt Komunitarju u mhux mid-dritt nazzjonali, li kapaċi tassigura li l-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament jitwettqu, fejn fosthom hemm it-trattament ugwali tat-tfal kollha ikkonċernati. Dan l-għan huwa biss iggarantit, skond il-ħames premessa ta’ dan ir-regolament, jekk id-deċiżjonijiet kollha fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Din ir-responsabbilità kienet is-suġġett fl-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament, ta’ definizzjoni wiesgħa, fis-sens li tinkludi d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà tal-minuri li huma moghtija lil persuna fiżika jew persuna legali b’deċiżjoni, bl-operazzjoni tal-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. F’dan ir-rigward mhuwiex importanti li r-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi effettwata minn miżura ta’ protezzjoni statali jew minn deċiżjoni meħuda fuq inizjattiva tat-titulari tad-drittijiet ta’ kustodja jew ta’ wieħed mit-titulari.

(ara l-punti 46-50, 53 u d-dispożittiv 1)

2. Ir-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali armonizzata dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet amministrattivi ta’ kura u ta’ tqegħid ta’ persuni barra mill-familja oriġinali, adottata fil-kuntest tal-kooperazzjoni Nordika, ma tistax tiġi applikata għal deċiżjoni ta’ kura ta’ minuri li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Nordiċi fil-qasam tar-rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ kura u ta’ tqegħid ta’ persuni barra mill-familja oriġinali mhuwiex fost l-eċċezzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti fir-Regolament Nru 2201/2003.

Fil-fatt, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Nordiċi fil-qasam tar-rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ kura u ta’ tqegħid ta’ persuni barra mill-familja oriġinali mhuwiex fost l-eċċezzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti fir-Regolament Nru 2201/2003. Barra minn dan, din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi invalidata permezz tad-Dikjarazzjoni Komuni Nru 28 fuq il-kooperazzjoni Nordika, annessa ma’ l-Att finali tat-Trattat li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja u għall-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skond din id-dikjarazzjoni, l-Istati aderenti għall-kooperazzjoni Nordika li huma Membri ta’ l-Unjoni ntrabtu li jikkooperaw fl-osservanza tad-dritt Komunitarju. Jirriżulta minn dan li din il-kooperazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji tas-sistema legali Komunitarja. Hija l-qorti nazzjonali inkarigata li tapplika, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, ir-regoli tad-dritt Komunitarju, li għandha l-obbligu li tassigura l-effett sħiħ ta’ dawn ir-regoli u ma tapplikax, fuq awtorità tagħha stess, kull dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzoni nazzjonali.

(ara l-punti 57, 61, 63-66 u d-dispożittiv 2)

Top