Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0357

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Approssimazzjoni tal-liġijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50 — Operaturi ekonomiċi

    (Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, Artikolu 26(1) u (2))

    2. Dritt Komunitarju — Effett dirett — Dispożizzjoni tat-Trattat direttament applikabbli — Obbligi tal-qrati nazzjonali

    Summary

    1. L-Artikolu 26 (1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, dwar il-koordinazzjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku, emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jostakolaw lil kandidati jew lil offerenti intitolati skond il-liġi ta’ l-Istat Membru kkonċernat li jipprovdu s-servizz in kwistjoni, li jinkludi dawk li huma kkostitwiti minn gruppi ta’ fornituri ta’ servizzi, milli jissottomettu l-offerti fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limitu ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/50, biss fuq il-bażi li dawn il-kandidati jew dawn l-offerenti m’għandhomx il-forma ġuridika speċifika korrispondenti għal kategorija speċifika ta’ persuni fiżiċi, jiġifieri dik ta’ kumpannija ta’ kapital.

    (Ara l-punti 22, 29 u d-dispożittiv)

    2. Skond ġurisprudenza stabbilita, il-qorti nazzjonali hija meħtieġa li tagħti lid-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, safejn permezz tad-dritt nazzjonali tagħha hija tkun ingħatat marġini ta’ diskrezzjoni, interpretazzjoni u applikazzjoni konformi ma’ l-eżiġenzi tad-dritt Komunitarju u, safejn din l-informazzjoni konformi mhijiex possibbli, għandhom jitħallew inapplikati d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali li jmorru kontra dawn l-eżiġenzi.

    (Ara l-punti 28, 29 u d-dispożittiv)

    Top