Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0352

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-352/06

    Brigitte Bosmann

    vs

    Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Aachen

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln)

    “Sigurtà soċjali — Allowances tal-familja — Sospensjoni tad-dritt għall-allowances — Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Għoti ta’ allowances fl-Istat Membru ta’ residenza li mhuwiex l-Istat kompetenti”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Mazák, ippreżentati fid-29 ta’ Novembru 2007   I - 3829

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Mejju 2008   I - 3848

    Sommarju tas-sentenza

    Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg

    (Artikolu 42 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, Artikolu 13(2)(a))

    L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, li permezz tiegħu l-persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat, anke jekk tkun tgħix fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 42 KE li huwa intiż li jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema u b’mod partikolari jimplika li l-ħaddiema migranti la għandhom jitilfu d-drittijiet għall-allowances ta’ sigurtà soċjali u lanqas isostnu tnaqqis tal-ammont tagħhom minħabba li dawn eżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu mogħti lilhom mit-Trattat KE.

    Jirriżulta, minn dan, li l-artikolu ma jipprekludix ħaddiem migrant, li huwa suġġett għall-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ impjieg, milli jirċievi, b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza, allowances tal-familja f’dan l-aħħar Stat.

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk il-kwistjoni li jsir magħruf jekk il-fatt li ħaddiem li jmur lura fir-residenza tal-familja fl-Istat Membru kkonċernat fi tmiem kull jum ta’ ħidma huwiex rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk ħaddiem bħal dan jissodisfax il-kundizzjonijiet neċessarji ta’ għoti tal-allowance tal-familja inkwistjoni f’dan l-Istat skont il-leġiżlazzjoni tiegħu.

    (ara l-punti 29, 33, 37 u d-dispożittivi 1, 2)

    Top