Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0296

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-296/06

    Telecom Italia SpA

    vs

    Ministero dell’Economia e delle Finanze

    u

    Ministero delle Comunicazioni

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale del Lazio)

    “Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttiva 97/13/KE — Artikoli 6, 11, 22 u 25 — Taxxi u drittijiet applikabbli għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali — Obbligu impost fuq impriża li qabel kienet detentriċi ta’ dritt esklużiv — Żamma temporanja”

    Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali D. Ruiz-Jarabo Colomer, ippreżentati fil-25 ta’ Ottubru 2007   I - 803

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Frar 2008   I - 815

    Sommarju tas-sentenza

    Approssimazzjoni tal-liġijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali – Direttiva 97/13 – Taxxi u drittijiet applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ liċenzji individwali

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/13, Artikoli 6, 11, 22 u 25)

    L-Artikoli 6, 11, 22 u 25 tad-Direttiva 97/13, dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, jipprekludu lil Stat Membru milli jeżiġi mingħand operatur, li qabel kien detentur ta’ dritt esklużiv fir-rigward tas-servizzi pubbliċi ta’ telekomunikazzjonijiet u li sar detentur ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, il-ħlas ta’ piż finanzjarju li jikkorrispondi għall-ammont preċedentement mitlub bħala korrispettiv għall-għoti ta’ l-imsemmi dritt esklużiv, matul sena mill-aħħar jum tat-terminu previst għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ din id-direttiva, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 1998.

    (ara l-punt 45 u d-dispożittiv)

    Top