Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0257

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-257/06

    Roby Profumi Srl

    vs

    Comune di Parma

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

    “Artikolu 28 KE — Direttiva 76/768/KEE — Protezzjoni tas-saħħa — Prodotti kożmetiċi — Importazzjoni — Komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti kożmetiċi lill-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ importazzjoni”

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta’ l-24 ta’ Jannar 2008   I - 191

    Sommarju tas-sentenza

    Approssimazzjoni tal-liġijiet – Prodotti kożmetiċi – Imballaġġ u ttikkettjar – Direttiva 76/768

    (Artikolu 30 KE; Direttiva tal-Kunsill 76/768, Artikolu 7)

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/768, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi, kif emendata bid-Direttiva 93/35, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, fl-interess ta’ kura medika pronta u xierqa fil-każ ta’ diffikultajiet, tobbliga lill-importatur ta’ prodotti kożmetiċi jikkomunika lill-Ministeru tas-Saħħa u lir-Reġjun l-isem jew l-isem ġuridiku ta’ l-impriża, l-uffiċċju rreġistrat tagħha u dak ta’ l-impjant ta’ manifattura kif ukoll il-lista kompluta u ddettaljata tas-sustanzi użati u tas-sustanzi li jinstabu fl-imsemmija prodotti.

    Fil-fatt, tali obbligu ta’ komunikazzjoni huwa proporzjonat għall-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-persuni, li jinsab fl-Artikolu 7(3), peress illi dan jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni dettaljata fuq il-prodott in kwistjoni.

    (ara l-punti 24, 25 u d-dispożittiv)

    Top