Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0064

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti

(Artikolu 234 KE)

2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttivi 2002/19 u 2002/21 – Dispożizzjonijiet tranżitorji

(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/33, 2002/19 u 2002/21)

Summary

1. Peress li d-domandi preliminari jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, bħala prinċipju, mingħajr ma jkun neċessarju li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi li fihom il-qrati nazzjonali ħassewhom fid-dmir li jagħmlulha d-domandi kif ukoll jipproponu li japplikaw id-dispożizzjoni tad-dritt Kommunitarju li huma talbuha li tinterpreta.

Pożizzjoni differenti tittieħed biss fil-każjiet kemm meta d-dispożizzjoni ta’ dritt Komunitarju suġġetta għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, li jkunu seħħew qabel l-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid ma’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll meta jkun evidenti li l-imsemmija dispożizzjoni ma tkunx applikabbli.

(ara l-punti 22-23)

2. Skond id-dispożizzjonijiet tranżitorji tad-Direttiva 2002/19, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u tad-Direttiva 2002/21, dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, l-Awtorità Regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet ta’ Stat Membru li jkun aderixxa ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 għandha d-dritt li teżamina l-obbligu, ta’ impriża tat-telekomunikazzjonijiet li għandha saħħa sinjifikattiva fis-suq skond id-Direttiva 97/33, dwar l-interkonnessjoni fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet sabiex jiġi żgurat servizz universali u interoperabbi permezz ta’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ open network provision (ONP), kif emendata mid-Direttiva 98/61, li tikkonkludi ftehim ta’ interkonnessjoni tan-netwerk tagħha ma’ dak ta’ operatur ieħor, wara d-data ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istat ikkonċernat, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/33, kif emendata.

(ara l-punt 28 u disp.)

Top