This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TJ0370
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża T-370/05
Ir-Repubblika Franċiża
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-inbid — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni — Kunċett ta’ superfiċji eliġibbli”
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 II ‐ 2243
Sommarju tas-sentenza
Agrikoltura – FAEGG – Clearance ta’ kontijiet – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni fis-settur tal-inbid
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1493/1999, Artikolu 13; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1227/2000, Artikolu 13)
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u, b’mod iktar partikolari, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1227/2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni, jipprovdi espressament li huma l-Istati Membri li huma kompetenti sabiex jadottaw ir-regoli li jirregolaw il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku u l-livelli ta’ għajnuna li għandhom jingħataw, b’mod partikolari dawk li jipprovdu għall-ħlas ta’ ammonti b’rata fissa, il-livelli massimi ta’ għajnuna għal kull ettaru u d-differenza ta’ għajnuna fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.
Barra minn dan, peress li l-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ “superfiċji eliġibbli”, ma teżistix bażi legali li tipprojbixxi lil Stat Membru milli jinkludi r-raded tal-moħriet, jiġifieri l-ispazji laterali u fit-tarf tal-filliera li huma neċessarji sabiex jgħaddu u jduru l-magni għall-koltivazzjoni tad-dwieli, fis-superfiċji ta’ referenza sabiex jiġu ddeterminati l-ħlasijiet.
B’dan il-mod, is-sistema nazzjonali ta’ għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni fis-settur tal-inbid ma ħolqotx riskju reali li jinqabeż il-limitu massimu tal-finanzjament Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1493/1999.
Fil-fatt, l-ewwel nett, l-ispejjeż meħuda inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru kkonċernatbil-għan li jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-produtturi tal-inbid huma tabilħaqq reali, billi d-data rispettiva nġabret minn organizzazzjonijiet reġjonali agrikoli.
It-tieni nett, l-ispejjeż sistematiċi biss jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont b’rata fissa, b’mod li jiġu esklużi l-ispejjeż okkażjonali kollha inkorsi mill-produtturi tal-inbid, u r-rati fissi huma stabbiliti billi jiġi żgurat li l-ogħla rata ta’ għajnuna adottata ma taqbiżx 50 % tal-iktar spiża baxxa ta’ tħawwil.
Għaldaqstant, billi eskludiet mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul minn Stat Membru skond ir-regoli Komunitarji, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni.
(ara l-punti 55-57, 71, 72, 81, 82)