This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TJ0348
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill
(Kawża T-348/05)
“Dumping — Importazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u mill-Ukraina — Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Applikazzjoni tal- miżuri eżistenti għat-tipi l-ġodda ta’ prodott”
Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Proċedura ta’ reviżjoni — Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ miżuri eżistenti — Inkorporazzjoni tal-prodott ikkonċernat fi prodotti ġodda — Applikabbiltà ta’ miżuri eżistenti għall-prodotti ġodda — Assenza — Neċessità li ssir investigazzjoni ġdida (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 1, 5, 11(3) u 13) (ara l-punti 61-64, 66, 68-70)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat. |
2) |
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill
(Kawża T-348/05 INTP)
“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza”
Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 231 KE, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 129) (ara l-punti 3-7)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008 (T-348/05).
Dispożittiv
1) |
Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-10 ta’ Settembru 2008, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill (T-348/05) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat. |
2) |
JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
3) |
L-oriġinal ta’ din is-sentenza għandu jiġi anness mal-oriġinal tas-sentenza li ġiet interpretata, u fil-marġni tagħha għandha ssir referenza għas-sentenza preżenti. |