Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0042

    Sommarju tas-sentenza

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 — Williams vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-42/05)

    “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, mal-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1. 

    Komunitajiet Ewropej — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 67-69)

    2. 

    Komunitajiet Ewropej — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 71-83, 85-97)

    3. 

    Rikors għal annullament — Interess ġuridiku (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 114-116)

    4. 

    Komunitajiet Ewropej — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punti 124-126)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju tal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament.

    Dispożittiv

    1) 

    M’hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta’ Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, sa fejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta’ aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kummerċ” tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

    2) 

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 hija annullata sa fejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ “Kummerċ”.

    3) 

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4) 

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.

    Top