Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FO0100

    Sommarju tad-digriet

    Staff case summary

    Staff case summary

    Sommarju

    Proċedura – Spejjeż – Intaxxar – Elementi li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 91(b); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))

    Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni, sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati, ta’ l-ammont ta’ xogħol marbut mal-proċedura kontenzjuża, hija l-qorti Komunitarja li għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-numru totali tas-sigħat ta’ xogħol li jistgħu jidhru bħala oġġettivament indispensabbli għall-finijiet ta’ din il-proċedura. F’dan ir-rigward, l-ammont ta’ l-onorarji għall-assistenza legali ma jiddependix fuq il-volum ta’ l-osservazzjonijiet ippreżentati minnu. Fil-fatt, il-qosor ta’ l-osservazzjonijiet jista’ jkun jimplika kemm il-kwalitajiet tas-sintesi ta’ l-awtur tagħhom, li jiffranka l-ħin tax-xogħol tal-qorti u tal-parti avversarja, kif ukoll indikazzjoni ta’ xogħol mgħaġġel. Il-qosor ta’ osservazzjoni ma jistax, bħala prinċipju, jiġi analizzat bħala li jirrifletti xogħol mgħaġġel jew sommarju min-naħa tal-persuna li ppreżentat tali osservazzjoni.

    (ara l-punti 23 u 24)

    Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 30 ta’ Ottubru 1998, Kaysersberg vs Il‑Kummissjoni, T‑290/94 DEP, Ġabra. p. II-4105, punt 20; 20 ta’ Novembru 2002, Spruyt vs Il‑Kummissjoni, T-171/00 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑225 u II‑1127, punt 29

    Top