Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0445

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13A(1)(j))

Summary

L-attivitajiet ta’ individwu li jaġixxi bħala għalliem estern, li jikkonsistu fl-għoti ta’ lezzjonijiet li fihom jgħin lill-istudenti bix-xogħol ta’ l-iskola kif ukoll ta’ korsijiet taċ-ċeramika u tal-fuħħar fiċ-ċentri ta’ tagħlim għall-adulti, jistgħu jibbenifikaw biss mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-“tagħlim mogħti privatament minn għalliema u jkopri edukazzjoni ta’ l-iskola jew ta’ l-università”, prevista fl-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, fil-każ li tali attivitajiet jikkonsistu f’lezzjonijiet mogħtija minn għalliem li jaħdem għal rasu, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u li jirrigwardaw l-edukazzjoni ta’ l-iskola u ta’ l-università. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.

(ara l-punt 38 u disp.)

Top