Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0430

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 2001/34 – Ammissjoni ta’ titoli fil-lista ta’ Borża uffiċjali

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/34, Artikolu 21)

Summary

L-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/34 fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange [Borża] uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk it-titoli għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlatur nazzjonali milli jistabbilixxi, għall-każijiet fejn jinstab li l-informazzjoni mniżżla fil-partikolaritajiet tal-lista ppubblikati għall-finijiet ta’ l-ammissjoni ta’ titoli fil-lista ta’ Borża ma tkunx eżatta jew li tkun qarrieqa, sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jkunu imposti mhux biss fuq il-persuni msemmija b’mod espress f’dawn il-partikolaritajiet tal-lista bħala responsabbli għalihom iżda wkoll fuq l-emittent ta’ l-imsemmija titoli u, mingħajr ma ssir distinzjoni, fuq il-membri tal-bord tad-diretturi ta’ dan l-emittent irrispettivament minn jekk il-membri tal-bord ikunux ġew identifikati jew le bħala responsabbli fl-imsemmija partikolaritajiet tal-lista.

Fil-fatt, billi d-Direttiva ma tipprovdix espressament għal sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-persuni li fuqhom taqa’ r-responsabbiltà għall-partikolaritajiet tal-lista, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħżlu s-sanzjonijiet li jidhrilhom li huma xierqa. Huma madankollu marbuta li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom f’konformità mad-dritt Komunitarju u mal-prinċipji ġenerali tiegħu, u, konsegwentement, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, sistema ta’ sanzjonijiet ċivili, kriminali jew amministrattivi, stabbilita fuq livell nazzjonali fil-konfront tal-persuni msemmija iktar ’il fuq, ma tmurx kontra l-għan ta’ l-imsemmija Direttiva li huwa li tiggarantixxi, inter alia , informazzjoni adegwata ta’ l-investituri meta hija proporzjonata għall-gravità tar-reat li jikkonsisti fil-provvista ta’ informazzjoni mhux eżatta jew qarrieqa fl-imsemmija partikolaritajiet tal-lista.

(ara l-punti 50, 52-53, 55-56 u d-dispożittiv)

Top