Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0404

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet

    (Artikoli 45 KE, 49 KE u 55 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2092/91)

    Summary

    Stat Membru li jirrikjedi mill-entitajiet privati li jispezzjonaw prodotti ġejjin mill-biedja organika approvati fi Stat Membru ieħor li jkollhom stabbiliment fit-territorju nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta’ spezzjoni hemmhekk jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 49 KE.

    Fil-fatt, minn naħa, ir-rwol anċillari u preparatorju mogħti lill-entitajiet privati mir-Regolament Nru 2092/91, dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel, fir-rigward ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni ma jistax jiġi kkunsidrat bħala parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, fis-sens ta’ l-Artikolu 55 KE, moqri flimkien ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 45 KE, li tiġġustifika eċċezzjoni skond dawn id-dispożizzjonijiet, iżda bħala attività supplementari li tista’ tiġi separata mill-eżerċizzju ta’ din l-awtorità. Min-naħa l-oħra, rekwiżit bħal dan imur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jista’ jiġġustifika ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

    (ara l-punti 37-38, 44, 48, 52 u d-dispożittiv)

    Top