Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0398

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-398/05

AGST Draht- und Biegetechnik GmbH

vs

Hauptzollamt Aachen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf)

“Politika kummerċjali komuni — Dazji kumpensatorji — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidji — Regolament (KE) Nru 1599/1999 — Wajers ta’ l-istainless steel — Dannu għall-industrija Komunitarja — Rabta kawżali”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2008   I - 1059

Sommarju tas-sentenza

Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidji min-naħa ta’ Stati terzi – Dannu – Konstatazzjoni tar-rabta kawżali – Obbligi ta’ l-istituzzjonijiet – Teħid in kunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mas-sussidju

(Regolament tal-Kunsill Nru 2026/97, Artikolu 8(7))

Fil-konstatazzjoni tad-dannu lill-industrija Komunitarja fil-kuntest ta’ proċeduri anti-sussidji, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom l-obbligu li jeżaminaw jekk id-dannu li huma għandhom il-ħsieb li jieħdu in kunsiderazzjoni jirriżultax effettivament mill-importazzjonijiet issussidjati u li jiskartaw kull dannu li jirriżulta minn fatturi oħra u, b’mod partikolari, dak ikkawżat mill-aġir proprju tal-produtturi Komunitarji.

Meta l-istituzzjonijiet irrispettaw dan l-obbligu u kkonkludew li fattur li jirriżulta minn aġir anti-kompetittiv tal-produtturi Komunitarji jirrappreżenta perċentwali żgħira biss tal-prezz totali tal-prodotti in kwistjoni, b’mod li dan il-prezz seta’ kien ikkunsidrat bħala indikatur affidabbli sabiex jiġi ddeterminat id-dannu subit mill-industrija Komunitarja, huma l-partijiet li qed jinvokaw l-invalidità tar-regolament li jimponi d-dazju kumpensatorju li għandhom jippreżentaw l-elementi ta’ prova ta’ natura li juru li dan il-fattur seta’ kellu effett tant sinjifikattiv li l-prezzijiet finali tal-prodott ma setgħux jiġu iktar użati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan id-dannu u li teżisti rabta kawżali bejn dan u l-importazzjonijiet issussidjati.

(ara l-punti 35, 51, 54)

Top