Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0134

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Irkupru extraġudizzjarju ta’ djun

    (Artikolu 43 KE u 49 KE)

    Summary

    Billi jimponi l-obbligu fuq kull impriża li teżerċita l-attività ta’ rkupru extraġudizzjarju ta’ djun:

    – li titlob, għalkemm l-impriża jkollha liċenzja maħruġa mill-Questore ta’ provinċja, liċenzja ġdida f’kull provinċja fejn hija tixtieq teżerċita l-attivitajiet tagħha, ħlief fil-każ meta jingħata mandat lil rappreżentant awtorizzat f’din il-provinċja l-oħra, Stat Membru jonqos mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 43 KE u 49 KE;

    – li jkollha uffiċċju fit-territorju kopert mil-liċenzja u li twaħħal hemmhekk tabella ta’ servizzi li jistgħu jiġu pprovduti lill-klijenti, Stat Membru jonqos mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 49 KE;

    – li jkollha uffiċċju f’kull provinċja fejn hija għandha l-intenzjoni teżerċita l-attivitajiet tagħha, Stat Membru jonqos mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 43 KE.

    (ara l-punti 47, 64, 66, 87 u d-dispożittiv)

    Top