Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0077

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Unjoni Ewropea — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen — It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) — Kamp ta’ applikazzjoni

    (Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, Artikolu 4 u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1))

    2. Viżi, ażil, immigrazzjoni — Qsim tal-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri — Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli

    (Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1); Regolament tal-Kunsill Nru 2007/2004, l-ewwel, it-tieni u t-tielet premessi u l-Artikoli 1(1) u (2) u 2)

    Summary

    1. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għall-proposti u l-inizjattivi għall-iżvilupp ta’ l- Acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit u/jew l-Irlanda tħallew jipparteċipaw fihom skond l-Artikolu 4 ta’ l-istess Protokoll.

    (ara l-punt 68)

    2. Il-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri u, għaldaqstant, l-implementazzjoni effettiva tar-regoli komuni dwar standards u proċeduri għal dawn il-kontrolli għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu elementi li jaqgħu taħt l- Acquis ta’ Schengen skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll li jintegra l- Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Peress li r-Regolament Nru 2007/2004, li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, jipprovdi, kemm permezz ta’ l-għan tiegħu kif ukoll permezz tal-kontenut tiegħu, għat-titjib ta’ dawn il-kontrolli, huwa għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi miżura għall-iżvilupp ta’ l-imsemmi Acquis . Fil-fatt, minn naħa, mill-ewwel tliet premessi ta’ dan ir-regolament, kif ukoll mill-Artikolu 1(1) u (2) tiegħu jirriżulta li l-għan tiegħu huwa li titjieb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni u li l-applikazzjoni tar-regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll tal-fruntieri esterni ssir iktar faċli u effettiva. Min-naħa l-oħra, l-Aġenzija mwaqqfa minn dan ir-regolament għandha l-inkarigu, kif jirriżulta mit-tielet premessa u mill-Artikolu 2 tiegħu, b’mod partikolari, li tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, li tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali u li tagħti lill-imsemmija Stati, f’sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa, assistenza teknika u operazzjonali msaħħa fil-fruntieri esterni.

    Madankollu, ir-regoli komuni li għalihom jirreferi r-Regolament Nru 2007/2004 u li għandhom jiġu applikati fil-kuntest tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni ġew iffissati fil-Manwal Komuni adottat mill-Kumitat Eżekuttiv imwaqqaf mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen (KFS), li ġie stabbilit bil-ħsieb li jimplementa d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2, intitolat “Qsim ta’ Fruntieri Esterni”, tat-Titolu II tal-KFS u li jifforma parti mill- Acquis ta’ Schengen skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen.

    (ara l-punti 79-82, 84-85)

    Top