EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004CJ0501

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors promotur – Dikjarazzjoni ta’ l-ilmenti u l-argumenti – Ħtiġijiet ta’ forma (Artikolu 226 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (Ara l-punt 23)

2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (Artikolu 226 KE) (Ara l-punti 24-25)

3. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Prestazzjoni libera ta’ servizzi – Assigurazzjoni diretta oħra barra mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja – Direttivi 92/49 u 2002/83 (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83, Artikolu 14(5); Direttiva tal-Kunsill 92/49, Artikolu 12(6) (Ara l-punti 40-42)

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar “assigurazzjoni mhux tal-ħajja”) (ĠU L 228, p. 1) u mill-Artikolu 14(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83/KE, tal-5 ta’ Novembru 2002, dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, p. 1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali diskriminatorja fir-rigward ta’ assiguraturi ta’ Stati Membri oħra.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

Top