This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0207
Informazzjoni dwar proġetti tal-politika ta' koeżjoni ffinanzjati mill-UE — regoli u mudelli
Informazzjoni dwar proġetti tal-politika ta' koeżjoni ffinanzjati mill-UE — regoli u mudelli
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?
Dan jistabbilixxi regoli u mudelli ta' rappurtar tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2013-2020 li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni* jeħtieġu jużaw meta jirrappurtaw għand l-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni ta' programmi taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-UE.
PUNTI EWLENIN
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill-14 ta’ Frar 2015.
SFOND
Il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni huwa l-fergħa ewlenija tal-investiment tal-UE u jappoġġja l-objettiv strateġiku tal-UE tal-investiment fl-impjiegi, b'allinjament mill-qrib mal-miri tal-Ewropa 2020
Għal aktar tagħrif, ara:
* TERMINI EWLENIN
Awtorità ta’ ġestjoni: il-korp uffiċjali li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-programm, għall-għażla tal-proġetti, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit u għall-għoti tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, lis-sħab u lill-pubbliku.
Ftehim ta' sħubija: Il-pajjiżi tal-UE jeħtieġu jfasslu u jimplimentaw pjanijiet strateġiċi bi prijoritajiet ta' investiment li jkopru l-Fondi Strutturali u ta' Investiment kollha. Ftehimiet ta' sħubija huma nnegozjati fil-bidu tal-perjodu ta' 7 snin bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali, wara konsultazzjoni tal-gruppi ta' interess, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti lokali u reġjonali.
Kooperazzjoni territorjali Ewropea: Il-programmi tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea jfittxu li jinkoraġġixxu reġjuni u bliet minn pajjiżi differenti tal-UE biex jaħdmu flimkien, jaqsmu l-għarfien u jitgħallmu minn xulxin biex itejbu l-integrazzjoni u l-kwalità tal-ħajja minn naħa għal oħra tal-fruntiera permezz ta' programmi, proġetti u netwerks konġunti.
DOKUMENT EWLIENI
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta' progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta' azzjoni konġunta, ir-rapporti ta' implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 38, 13.2.2015, pp. 1-122)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320-469)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1303/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 259-280)
l-aħħar aġġornament 13.09.2016