Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1240

    Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

    Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

     

    SOMMARJU TA’:

    Regolament (UE) 2018/1240 — li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

    Regolament (UE) 2018/1241 — li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bil-għan li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivjaġġar (ETIAS)

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI?

    Huma għandhom l-għan li jsaħħu l-kontrolli ta’ sigurtà fuq ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea (UE) li jivvjaġġaw mingħajr viża lejn iż-żona Schengen u jikkontribwixxu għal:

    • livell għoli ta’ sigurtà;
    • il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali;
    • il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
    • kontrolli tal-fruntiera aktar effettivi;
    • l-għanijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen;
    • il-prevenzjoni, id-detenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati serji oħra.

    PUNTI EWLENIN

    • L-ETIAS hija sistema awtomatizzata tal-IT maħluqa biex tidentifika kwalunkwe riskju ta’ migrazzjoni irregolari jew għas-sigurtà maħluqa minn viżitaturi eżenti mill-obbligu tal-viża li jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen filwaqt li tiżgura d-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data.
    • Se tkun żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u għandha l-għan li tkun operattiva sa tmiem l-2022.
    • Ċittadini lmhux tal-UE li ma għandhomx bżonn ta’ viża biex jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen ikollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar (ETIAS) qabel il-vjaġġ tagħhom.
    • Wara li jimlew formola ta’ applikazzjoni online, is-sistema twettaq kontrolli mas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE għall-fruntieri u għas-sigurtà.
    • Verifika minn qabel ta’ ċittadini mhux tal-UE eżenti mill-obbligu tal-viża se:
      • tiffaċilita l-kontrolli fuq il-fruntiera;
      • tevita l-burokrazija u dewmien għall-vjaġġaturi meta jippreżentaw ruħhom fil-fruntieri;
      • tiżgura valutazzjoni tar-riskju kkoordinata u armonizzata ta’ ċittadini mhux tal-UE; u
      • tnaqqas sostanzjalment in-numru ta’ ċaħdiet ta’ dħul fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera.

    Awtorizzazzjoni

    • L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS tiswa EUR 7.00 u hija valida għal 3 snin. L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista’ tiġi revokata, jekk il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma jibqgħux jiġu sodisfatti, jew ikkanċellata meta l-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti meta din inħarġet.
    • Jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi rrifjutata, l-applikant għandu d-dritt li jappella. Appelli jistgħu jiġu ppreżentati fl-Istat Membru tal-UE li ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

    Leġiżlazzjoni li temenda

    • Regolament (UE) 2021/1134 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240, kif ukoll regolamenti relatati oħra (Regolament (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896) għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża Huwa jittratta l-aspetti tal-interoperabbiltà mas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża u jintroduċi regoli ġodda dwar l-użu tal-ETIAS mill-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza.
    • Regolament (UE) 2021/1152 li jemenda r-Regolamenti(UE) 2018/1240, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (EU) 2018/1861 u (UE) 2019/817, u jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà bejn l-ETIAS, minn naħa waħda, u sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE u data tal-Europol, min-naħa l-oħra, u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol mill-ETIAS għall-fini li jiġu identifikati awtomatikament il-hits. Hija tinkludi wkoll — fl-ambitu tal-verifiki awtomatizzati — kategorija ġdida ta’ twissija, jiġifieri t-twissija dwar ċittadini mhux tal-UE soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn.

    MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

    • Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti artikoli tar-Regolament (UE) 2018/1240 li ilhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2018, ir-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2018/1241 se japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea (fuq il-bażi li ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfatti).
    • Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti artikoli, li ilhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2021, u ċerti aspetti tal-Artikolu 1 li se japplikaw mit-3 ta’ Awwissu 2022 u t-3 ta’ Awwissu 2023, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1134, bħar-Regolament (UE) 2018/1240, se japplika minn data stabbilita mill-Kummissjoni.
    • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2021/1152 ilu japplika mit-3 ta’ Awwissu 2021.

    SFOND

    DOKUMENTI EWLENIN

    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 1-71)

    L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/1240 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 72-73)

    DOKUMENTI RELATATI

    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 27–84)

    Rettifika

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 85–135)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 14–55)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 56–106)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99–137)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, pp. 20–82)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114)

    Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60-81)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 22.09.2021

    Fuq