Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1788

    Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Indja

    Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Indja

     

    SOMMARJU TA’:

    Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

    Deċiżjoni 2002/648/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja

    Ftehim li jġedded il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

    Id-Deċiżjoni 2009/501/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

    Deċiżjoni (UE) 2015/1788 dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja

    Deċiżjoni (UE) 2020/789 dwar it-tiġdid tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja

    X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET?

    • Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għal kooperazzjoni li tħeġġeġ u tiffaċilita attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta’ interess komuni bejn l-UE u l-Indja.
    • L-4 deċiżjonijiet ikkonċernaw rispettivament il-konklużjoni tal-ftehim (Deċiżjoni 2002/648/KE) li fiha l-Kunsill approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunita Ewropea, (issa l-UE), u l-estenzjoni suċċessiva tal-2009 tagħha (Deċiżjoni 2009/501/KE), fl-2015 (Deċiżjoni (UE) 2015/1788) u fl-2020 (Deċiżjoni (UE) 2020/789).

    PUNTI EWLENIN

    Attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq għadd ta’ prinċipji:

    • benefiċċju reċiproku;
    • aċċess reċiproku għall-attivitajiet;
    • skambju ta’ informazzjoni f’waqtu;
    • protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    Oqsma ta’ kooperazzjoni

    Il-ftehim ikopri l-oqsma kollha ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (RTD).

    Attivitajiet

    L-attivitajiet koperattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

    • parteċipazzjoni ta’ entitajiet tar-riċerka Indjani fi proġetti RTD taħt il-Programmi Qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-parteċipazzjoni reċiproka tal-entitajiet ibbażati fl-UE fi proġetti Indjani f’setturi simili;
    • proġetti RTD konġunti;
    • żjarat u skambji ta’ xjenzati u ta’ esperti tekniċi;
    • organizzazzjoni konġunta ta’ seminars, konferenzi, simpożji u workshops xjentifiċi, kif ukoll parteċipazzjoni ta’ esperti f’dawk l-attivitajiet;
    • azzjonijiet miftiehma għat-tixrid tar-riżultati/skambju ta’ esperjenzi dwar proġetti konġunti tal-RTD;
    • skambji u qsim ta’ tagħmir u materjal inkluż l-użu konġunt ta’ faċilitajiet ta’ riċerka avvanzati;
    • skambji ta’ informazzjoni fuq prassi, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-kooperazzjoni skont dan il-ftehim.

    DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

    Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2002 għal perjodu inizjali ta’ 5 snin. Ġie mġedded tliet darbiet l-aktar riċenti fl-2020 għal perjodu addizzjonali ta’ 5 snin.

    SFOND

    Il-bażi ta’ kooperazzjoni politika usa’ bejn l-UE u l-Indja huwa l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1994 li kien l-ewwel li ħa r-relazzjonijiet lil hinn mill-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika.

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    Għal aktar tagħrif dwar il-kooperazzjoni fir-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) mal-Indja, ara:

    DOKUMENTI EWLENIN

    Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 213, 9.8.2002, pp. 30-37)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29)

    Ftehim li jġedded il-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 171, 1.7.2009, pp.19-26)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/501/KE tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 171, 1.7.2009, pp. 17-18)

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1788 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 260, 7.10.2015, pp. 18-19)

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/789 tad-9 ta’ Ġunju ta’ 2020 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 193, 17.6.2020, pp. 3-4)

    DOKUMENTI RELATATI

    Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tat-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (ĠU L 89, 6.4.2016, p. 1)

    Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar sħubija u żvilupp - Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar sħubija u żvilupp — Dikjarazzjoni tal-Komunità u l-Indja (ĠU L 223, 27.8.1994, pp. 24-34)

    l-aħħar aġġornament 25.06.2020

    Fuq