EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D1313
It-tisħiħ tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri fl-UE
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
Objettivi
L-objettiv ewlieni tal-mekkaniżmu huwa li jtejjeb l-effettività tas-sistemi għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem ta’ kull tip fl-UE u barra minnha. Għalkemm l-enfasi tiegħu huwa fuq li jipproteġi lin-nies, huwa jkopri wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt naturali.
L-objettivi speċifiċi tal-mekkaniżmu huma li:
Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskju
Il-prevenzjoni tad-diżastri hija fokus maġġur tal-mekkaniżmu, b’enfasi partikolari fuq l-ippjanar tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-ġestjoni tar-riskju. Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE kif emedata minn Deċiżjoni (UE) 2019/420 teħtieġ li l-Istati Membri:
Kif definit fir-Regolament emendatorju (UE) 2021/836, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tiddefinixxi u tiżviluppa għanijiet tal-UE marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri. Dawn l-għanijiet mhux vinkolanti ser ikunu stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u ser ikunu bbażati fuq xenarji li jużaw sitwazzjonijiet kurrenti u xenarji prospettivi, li jikkunsidraw id-data ta’ avvenimenti tal-passat u l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq riskji ta’ diżastri.
In-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili
Sabiex ittejjeb it-taħriġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien, id-Deċiżjoni emendatorja (UE) 2019/420 tirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi network ta’ riċerkaturi, korpi u istituzzjonijiet rilevanti tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri, inklużi ċentri ta’ eċċellenza u universitajiet. Flimkien mal-Kummissjoni, dawn jiffurmaw Network tal-Unjoni ta’ għarfien dwar il-protezzjoni ċivili.
Fl-10 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni waqqfet formalment in-network tal-għarfien (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2021/1956). Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi l-istruttura ta’ governanza tan-network ta’ għarfien u l-mod kif jopera. L-istruttura ta’ governanza tan-network ta’ għarfien hi magħmula minn bord u żewġ pilastri ta’ gruppi ta’ ħidma (żvilupp tal-kapaċità u xjenza). Is-segretarjat qed jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha wkoll:
Ċentru ta’ Koordinazzjoni għar-Rispons ta’ Emerġenza(ERCC)
Sabiex tissaħħaħ it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri fil-livell tal-UE, hemm Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) li jopera 24 siegħa kuljum immexxi mill-Kummissjoni fi Brussell. L-ERCC hu ċentru ta’ koordinazzjoni u l-għan operazzjonali tal-mekkaniżmu.
Għodda addizzjonali jinkludu:
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2021/836 jagħti lill-ERCC kapaċitajiet imtejba operazzjonali, analitiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.
rescEU
Deċiżjoni Emendatorja (UE) 2019/420 tistabbilixxi wkoll rescEU, riżerva addizzjonali ta’ kapaċitajiet biex tipprovdi assistenza f’sitwazzjonijiet fejn b’mod ġenerali kapaċitajiet eżistenti fil-livell nazzjonali u l-kapaċitajiet li kienu ġew allokati mill-Istati Membri tal-UE lir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata reazzjoni effettiva.
Il-kompożizzjoni inizjali ta’ rescEU f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kapaċitajiet u kwalità kienet stabbilita b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 rescEU inizjalment kienet magħmula minn kapaċitajiet għal:
L-iskop tiegħu kien sussegwentement estiż biex ikopri kumulazzjoni ta’ riżerva, dekontaminazzjoni fiż-żona tal-inċidenti CBRN u kapaċitajiet għat-trasport u loġistika (ara hawn taħt).
Regolament Emendatorju (UE) 2021/836 daħħal il-possibbilità għall-Kummissjoni biex tikseb direttament kapaċitajiet rescEU fil-qasam tat-trasport u tal-loġistika u kapaċitajiet oħra (biss f’każijiet debitament ġustifikati f’każ ta’ urġenza). Kapċitajiet rescEU huma ffinanzjati kompletament mill-Kummissjoni.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, filwaqt li tqis:
Il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 tmien darbiet.
Regoli ulterjuri ta’ implimentazzjoni għar-rescEU huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1310. Dan l-att ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi r-regoli kollha meħtieġa għal operazzjoni ta’ rescEU bħall-kriterji għall-iskjerament u t-talbiet konfliġġenti, ir-regoli dwar id-demobilizzazzjoni u r-regoli dwar l-użu nazzjonali.
Baġit
Parteċipazzjoni
Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu u fid-diversi għodda elenkati hawn fuq hija miftuħa għall-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), għall-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni, għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi kandidati potenzjali. L-Istati Membri flimkien mal-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, is-Serbja u t-Turkija jipparteċipaw fil-mekkaniżmu.
Oħrajn
Fil-5 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/706, li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-għoti ta’ medalji biex tirrikonoxxi l-impenn fit-tul u l-kontribuzzjonijiet straordinarji għall-mekkaniżmu. L-att ta’ implimentazzjoni jaħseb għal żewġ tipi ta’ medalji, waħda għal impenn fit-tul u waħda għal kontribuzzjoni straordinarja, waqt li l-iskop tal-premju jkopri l-attivitajiet taċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni tad-diżastru. Il-medalji ser jingħataw fil-Forum għall-Premju Ċivili Ewropew jew f’ċerimonji oħra formali fuq bażi ad hoc.
Din ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 924-947).
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/706 tal-5 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta’ Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji u l-proċeduri għar-rikonoxximent tal-impenn fit-tul u l-kontribuzzjonijiet straordinarji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 132, 6.5.2022, pp. 102-106).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1956 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni tan-Network tal-Unjoni tal-Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 399, 11.11.2021, pp. 1-7).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1310 tal-31 ta’ Lulju 2019 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-operat tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u r-rescEU (ĠU L 204, 2.8.2019, pp. 94-99).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, pp. 41-45).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/142 tal-15 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE li tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 25, 30.1.2018, pp. 40-48).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE tas-16 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (ĠU L 320, 6.11.2014, pp. 1-45).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni Interim tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (2014-2016) — Akkumpanjament tad-dokument — Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għall-perjodu 2014-2016 (SWD(2017) 287 finali, 30.8.2017).
l-aħħar aġġornament 19.05.2022