This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0762
Statistika dwar l-akkwakultura
Statistika dwar l-akkwakultura
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi sistema komuni għall-produzzjoni tal-istatistika tal-UE dwar is-settur tal-akkwakultura*, biex tgħin fir-reviżjoni u fil-valutazzjoni tas-suq għall-prodotti tal-akkwakultura bħala parti mill-immaniġġjar tajjeb tal-politika komuni tas-sajd.
Ir-regolament jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96.
PUNTI EWLENIN
Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jippreżentaw statistika annwali dwar l-attivitajiet kollha tal-akkwakultura mwettqa fit-territorju tagħhom permezz ta’ stħarriġ jew ta’ metodi approvati oħra li tkopri mill-inqas 90% tal-produzzjoni, filwaqt li l-parti li jifdal tiġi stmata, sakemm ma tkunx ġiet approvata eżenzjoni.
Jekk il-produzzjoni annwali totali tkun ta’ inqas minn 1,000 tunnellata, il-pajjiż jista’ jippreżenta data sommarja li tagħti stima tal-produzzjoni totali.
Il-produzzjoni għandha tiġi identifikata skont l-ispeċi, iżda fil-każ ta’ speċi li jammonataw għal inqas minn 500 tunnellata jew minn 5% tal-produzzjoni totali, id-data tista’ tiġi stmata u aggregata. Imqafas u nurseries* tista’ tiġi stmata.
Id-data tiġi ppreżentata fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja, u tinkludi:
Evalwazzjoni tal-kwalità
Kull pajjiż tal-UE jipprovdi rapport annwali dwar il-kwalità tad-data ppreżentata u rapport metodoloġiku dettaljat. Dan tal-aħħar jiddeskrivi l-mod kif tkun inġabret u ġiet ikkumpilata d-data, fosthom:
Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) teżamina r-rapporti u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Grupp ta’ Ħidma tal-istatistika dwar is-Sajd.
Rapport ta’ evalwazzjoni
Kull 3 snin, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika li tkun inġabret, u b’mod partikolari dwar ir-rilevanza u l-kwalità. Ir-rapport jinkludi wkoll analiżi tal-kosteffettività tas-sistema ta’ ġbir tal-istatistika u jindika l-aħjar prattika sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol u biex titjieb l-utilità u l-kwalità tad-data.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 1-13)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 762/2008 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, pp. 1-66)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164-173)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.05.2018