This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Credit rating agencies
Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
Reġistrazzjoni, regoli ta’ kondotta u superviżjoni
Biex tkun irreġistrat fl-UE, aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom:
Minn Lulju 2011, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hija responsabbli biex tirreġistra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għandha setgħat superviżorji esklussivi fir-rigward ta’ dawn l-aġenziji.
Dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu
Klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran tal-Istati Membri tal-UE
Ir-responsabbiltà tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
Indipendenza u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess
Punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Regolsment li jemenda (UE) 2023/2869 jinkorpora fir-Regolament (KE) Nru. 1060/2009 artikolu ġdid rigward l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni dwar punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP), stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2023/2859 — ara s-sommarju. ESAP ser tipprovdi aċċess għal informazzjoni pubblika finanzjarja u relatata ma’ sostenibbiltà dwar kumpaniji tal-UE u prodotti tal-investiment tal-UE. Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta ssir pubblika ċerta informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru. 1060/2009 b’mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-klassifikazzjoni u l-metodolġiji, mudelli u assunzjonijiet ewlenin użati fl-attivitajiet ta’ kreditu, l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ser ikollhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti għall-iskop li ssir aċċessibbli fuq ESAP. Ir-regolament li jemenda jistipula wkoll l-kundizzjonijiet (fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni) li magħhom dik l-informazzjoni trid tkun konformi.
Il-klassifikazzjonijiet disponibbli kollha huma ppubblikati fuq il-Pjattaforma Ewropeja tal-Klassifikazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
Ir-regolament ESAP jispeċifika li ESAP tista’ fil-futur, tissodisfa l-funsjonijiet tal-Pjattaforma Ewropeja tal-Klassifikazzjonijiet.
Dan ilu japplika mis-7 ta’ Diċembru 2009 bl-eċċezzjoni ta’ regoli fuq:
Ir-regolament tal-UE dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jagħmel parti mill-inizjattivi mwettqa mill-UE b’rispons għall-impenji magħmula fis-Summit ta’ Washington G20 f’Novembru 2008.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, pp. 1–31).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar għodod alternattivi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kompetizzjoni u l-governanza tal-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji strutturati u l-fattibilità ta’ Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2016) 664 final, 19.10.2016).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1 tat-30 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi imposti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 2, 6.1.2015, pp. 1–23).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 tat-30 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 2, 6.1.2015, pp. 24–56).
Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-fattibilità ta’ network ta’ aġenziji iżgħar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (COM(2014) 248 final, 5.5.2014).
Id-Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 145, 31.05.2013, pp. 1–3).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 90, 28.3.2012, pp. 6–10).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji lta’ klassifikazzjoni tal-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ĠU L 140, 30.5.2012, pp. 14–16).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, pp. 32–52).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 282, 16.10.2012, pp. 23–26).
l-aħħar aġġornament 25.09.2024