Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn

It-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn

It-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn u l-komponenti tagħhom jipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri. Dan jgħin ukoll sabiex jipproteġi lill-industrija mill-kompetizzjoni inġusta u jtejjeb l-operat tas-suq intern fl-Unjoni Ewropea (UE).

ATT

Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur.

SOMMARJU

It-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn u l-komponenti tagħhom jipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri. Dan jgħin ukoll sabiex jipproteġi lill-industrija mill-kompetizzjoni inġusta u jtejjeb l-operat tas-suq intern fl-Unjoni Ewropea (UE).

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi r-regoli dwar it-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn:

  • il-kontenut u l-forma tat-tikketta,
  • responsabbiltà għat-tikkettjar.

PUNTI EWLENIN

  • Materjali li jkopru 80 % jew aktar mill-wiċċ tal-parti ta’ fuq, u tal-inforra u s-suletta tax-xedd tas-saqajn, kif ukoll 80 % jew iktar tal-volum tal-pett biss irid ikollhom tikketta. Meta ma jkunx hemm materjal wieħed li jirrappreżenta mill-inqas 80 %, trid tiġi pprovduta tikketta b’informazzjoni dwar iż-żewġ materjali ewlenin.
  • It-tikkettjar jeħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar it-tliet komponenti tax-xedd tas-saqajn:
    • il-parti ta’ fuq;
    • l-inforra u s-suletta;
    • il-pett ta' barra.
  • It-tikketta tista’ tkun bil-miktub jew fl-għamla ta’ pittogramma.
  • It-tikketta trid tkun viżibbli, imwaħħla b’mod sikur u aċċessibbli.
  • It-tikketta għandha tkun:
    • stampata jew imqabbża fuq ix-xedd tas-saqajn, jew
    • imwaħħla max-xedd tas-saqajn, pereżempju permezz ta’ tikketta li teħel, jew
    • imwaħħla permezz ta’ qafla jew spaga.
  • It-tikketta trid tidher fuq mill-inqas wieħed miż-żewġ oġġetti li jikkostitwixxu l-par żarbun, stvali, eċċ.
  • Il-manifatturi fl-UE huma responsabbli sabiex jipprovdu t-tikketta u għall-eżattezza tagħha jew, meta x-xedd tas-saqajn jiġi impurtat, il-persuna li tqiegħed dan fis-suq tal-UE għall-ewwel darba għandha tassumi din ir-responsabbiltà. In-negozjanti li jbiegħu bl-imnut jibqgħu responsabbli sabiex jiżguraw li x-xedd tas-saqajn għandu t-tikkettjar xieraq.
  • L-annessi jispeċifikaw:
    • definizzjonijiet (eż. parti ta’ fuq, suletta, eċċ.) u pittogrammi korrispondenti jew indikazzjonijiet bil-miktub dwar il-partijiet tax-xeddijiet tas-saqajn li għandhom jiġu identifikati (Anness I);
    • L-Anness II jipprovdi eżempji tax-xeddijiet tas-saqajn koperti mid-direttiva. Dan, pereżempju, ma jkoprix xedd tas-saqajn użat mill-individwi għal skopijiet ta’ saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li jaqa’ taħt ir-regoli tal-UE dwar it-tagħmir personali protettiv.

Teżisti wkoll ekotikketta volontarja tal-UE għax-xeddijiet tas-saqajn. Din it-tikketta tgħin lill-konsumaturi jidentifikaw ix-xeddijiet tas-saqajn li ċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (produzzjoni, użu u rimi) għandu impatt ambjentali baxx.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 94/11/KE

9.5.1994

23.9.1995

ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37-41

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81-106

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172-183

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 94/11/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament 19.08.2015

Top