Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-monitoraġġ ta’ sustanzi li għandhom azzjoni ormonali u sustanzi oħrajn f’annimali u prodotti tal-annimali.

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Infurzar tar-regoli tal-UE għall-katina agroalimentari' for an updated information about the subject.

Il-monitoraġġ ta’ sustanzi li għandhom azzjoni ormonali u sustanzi oħrajn f’annimali u prodotti tal-annimali.

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 96/23/KE dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti tal-annimali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta’ residwi elenkati fl-Anness I. Is-sustanzi huma maqsuma f’żewġ gruppi:

  • sustanzi li jkollhom effett anaboliku (il-proċess ta’ tkabbir ta’ tessuti korporali) u sustanzi mhux awtorizzati; u
  • drogi u kontaminanti veterinarji.

PUNTI EWLENIN

Pjanijiet nazzjonali ta’ monitoraġġ

Il-pajjiżi tal-UE jassenjaw lil dipartiment pubbliku jew lil korp ċentrali il-kompitu li jfassal pjanijiet għall-monitoraġġ tas-sejbien ta’ residwi jew sustanzi fi:

  • annimali ħajjin;
  • l-ippurgar tagħhom;
  • it-tessuti korporali u prodotti tal-annimali;
  • l-għalf għall-annimali; u
  • ilma għax-xorb

Id-dipartiment jew il-korp pubbliku jikkoordina l-attivitajiet tad-dipartimenti ċentrali u reġjonali responsabbli għall-monitoraġġ u l-ġbir tar-riżultati ta’ tali monitoraġġ u d-data li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom sussegwentement jissottomettu l-pjanijiet ta’ monitoraġġ għas-sejbien ta’ gruppi ta’ residwi jew sustanzi. Il-pjanijiet għandhom jikkonformaw mal-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva.

Kull sena, jew kull meta tqis li jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-pajjiżi tal-UE fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill komunikazzjoni dwar ir-riżultati tal-azzjoni meħuda fuq livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE.

L-awto-monitoraġġ u l-ko-responsabbiltà min-naħa tal-operaturi

Il-pajjiżi tal-UE għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tistabbilixxi l-prinċipju tal-monitoraġġ ta’ kwalità tal-katina tal-produzzjoni mill-partijiet differenti involuti u l-miżuri ta’ awto-monitoraġġ (li għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet għal marki jew tikketti kummerċjali) jiġu mtejba.

Miżuri uffiċjali ta’ kontroll

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jwettqu kontrolli uffiċjali każwali:

  • mill-manifattura ta’ sustanzi farmaċewtiċi li għandhom effett anaboliku sal-bejgħ tagħhom;
  • mill-produzzjoni tal-għalf għall-annimali sad-distribuzzjoni tagħhom; u
  • tul il-katina ta’ produzzjoni ta’ annimali u materjali mhux ipproċessati ta’ oriġini mill-annimali koperti b’din id-Direttiva.

Meta l-eżami ta’ kampjun uffiċjali juri l-preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi mhux awtorizzati jew kwantitajiet ta’ sustanzi awtorizzati li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-regoli tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha neċessarja biex tidentifika l-annimal u r-razzett tal-oriġini kif ukoll ir-riżultati tal-eżami.

Jekk il-kontrolli mwettqa f’pajjiż tal-UE juru l-bżonn għal investigazzjoni jew azzjoni oħra f’pajjiż wieħed jew aktar tal-UE jew f’pajjiżi mhux tal-UE, dawk il-pajjiżi għandhom jinfurmaw lill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE u lill-Kummissjoni.

Il-pajjiżi tal-UE, li fihom tkun neċessarja investigazzjoni jew azzjoni oħra, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa.

Meta pajjiż tal-UE jikkunsidra li f’pajjiż ieħor tal-UE, il-kontrolli mhumiex qed isiru, jew waqfu milli jsiru, għandu jinforma lill-awtorità ċentrali kompetenti b’dak il-pajjiż tal-UE. Wara investigazzjoni, dik l-awtorità għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji. Madankollu, f’każ ta’ tilwima, il-kwistjoni tista’ tinġieb għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, li għandha tagħti struzzjonijiet lil espert wieħed jew aktar biex jagħtu opinjoni.

Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ ksur

Il-penali li ġejjin jistgħu jiġu applikati fil-każ ta’ ksur:

  • il-qtil ta’ annimali separatament minn lottijiet oħrajn ta’ annimali li jaslu fil-biċċerija u d-dikjarazzjoni li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem dawk il-karkassi u prodotti li fihom il-livell ta’ residwu jaqbeż il-livelli awtorizzati mir-regolamenti tal-UE jew nazzjonali;
  • is-sospensjoni jew irtirar tal-awtorizzazzjonijiet jew l-arranġamenti ta’ approvazzjoni uffiċjali;
  • l-impożizzjoni ta’ penali kriminali u/jew amministrattivi u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti jew fil-każ ta’ ostaklu, l-esklużjoni ta’ kull possibbiltà li l-għajnuna tal-UE tiġi riċevuta għal perjodu ta’ 12-il xahar.

L-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn din id-Direttiva mill-pajjiżi mhux tal-UE speċifikati fil-listi pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-pajjiżi mhux tal-UE huma obbligati jissottomettu pjan li jistabbilixxi l-garanziji fir-rigward tal-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi msemmija fid-direttiva.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirritornaw lott/parti minn lott ikkonċernat lejn il-pajjiż tal-oriġini fil-każ li sustanzi mhux awtorizzati jkunu preżenti fil-lott.

Din id-Direttiva timponi pagament biex ikopri kwalunkwe monitoraġġ ta’ annimali/prodotti tal-annimali.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva ilha tapplika mit-23 ta’ Mejju 1996. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 1997.

Id-direttiva hija revokata u sostitwita bir-Regolament (UE) 2017/625 b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Sfond

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, pp. 10-32)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61-63)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8-36)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE tat-23 ta’ Frar1998 li tistabilixxi regoli dettaljati dwar it-teħid uffiċjali ta’ kampjuni għas-sorveljanza ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (ĠU L 65, 5.3.1998, p. 31-34)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali (ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12-15)

Pjanijiet ta’ monitoraġġ fl-Unjoni Ewropea

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-pjan ta’ monitoraġġ għas-sejbien ta’ residwi jew sustanzi f’annimali ħajjin u fi prodotti tal-annimali:

Id-Deċiżjoni 98/151/KE (ĠU L 47, 18.2.1998, p. 17) (Franza), id-Deċiżjoni 98/152/KE (ĠU L 47, 18.2.1998, p. 18) (ir-Renju Unit), id-Deċiżjoni 98/153/KE (ĠU L 47, 18.2.1998, p. 19) (l-Awstrija), id-Deċiżjoni 98/154/KE (ĠU L 47, 18.2.1998, p. 20) (il-Finlandja), id-Deċiżjoni 98/155/KE ĠU L 47, 18.2.1998, p. 21) (l-Isvezja), id-Deċiżjoni 98/458/KE (ĠU L 201, 17.7.1998, p. 117) (il-Belġju), id-Deċiżjoni 98/459/KE (ĠU L 201, 17.7.1998, p. 118) (in-Netherlands), id-Deċiżjoni 98/460/KE (ĠU L 201, 17.7.1998, p. 119) (Spanja), id-Deċiżjoni 98/390/KE (ĠU L 175, 19.6.1998, p. 34) (l-Italja), id-Deċiżjoni 98/391/KE (ĠU L 175, 19.6.1998, p. 35) (Irlanda), id-Deċiżjoni 98/492/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. 7) (Il-Lussemburgu), id-Deċiżjoni 98/493/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. germa8) (il-Ġermanja), id-Deċiżjoni 98/494/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. 9) (Id-Danimarka), Id-Deċiżjoni 98/495/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. 10) (il-Greċja), id-Deċiżjoni 98/496/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. 11) (il-Portugall), id-Deċiżjoni 98/497/KE (ĠU L 223, 11.8.1998, p. 12) (l-Italja)

Pjanijiet ta’ monitoraġġ f’pajjiżi mhux tal-UE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44-50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Laboratorji nazzjonali ta’ referenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE tat-3 ta’ Settembru 1998 li tistabbilixxi l-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza għar-rivelazzjoni ta’ residwi (ĠU L 251, 11.9.1998, p. 39-42)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 03.09.2018

Top