This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Visa Code
Kodiċi dwar il-Viżi
Kodiċi dwar il-Viżi
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi
Proċeduri u kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi
L-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) li huwa l-unika destinazzjoni jew id-destinazzjoni ewlenija taż-żjara huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal viża. Jekk id-destinazzjoni ewlenija ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, issir ir-responsabbiltà tal-pajjiż tal-ewwel dħul fiż-żona Schengen.
Applikazzjonijiet
Viża uniformi (valida għaż-żona Schengen kollha) tista’ tkun għal dħul multiplu b’validità massima ta’ 5 snin.
Viża b’validità territorjali limitata (limitata għal Stati Membri partikolari) tista’ tinħareġ eċċezzjonalment f’każijiet fejn l-applikant ma jissodisfax il-kondizzjonijiet kollha tad-dħul, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali, minħabba obbligi internazzjonali jew f’sitwazzjonijiet fejn pajjiżi oħra ta’ Schengen ikkonsultati joġġezzjonaw għall-ħruġ ta’ viża.
Ammissibbiltà
Wara li tivverifika jekk l-applikazzjoni hijiex ammissibbli (jiġifieri sottomessa skont ir-regoli), l-awtorità kompetenti għandha:
Skont ir-Regolament (UE) 2021/1134 emendatorju, il-kontrolli tal-isfond fuq l-applikanti jissaħħu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta’ viża. Huma stabbiliti regoli u proċeduri għal tfittxijiet f’bażijiet ta’ data sensittivi u mhux sensittivi tal-UE li fihom informazzjoni dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni. Ladarba jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jkunu jeħtieġu li jiġbru identifikaturi bijometriċi tal-applikant li jinkludu immaġni tal-wiċċ u 10 marki tas-swaba’ (għall-ħżin fil-VIS) u, meta tiġi sottomessa l-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, l-applikant għandu jidher personalment.
Jekk l-applikazzjoni tkun inammissibbli, l-awtorità jkollha:
Viża ta’ tranżitu minn ajruport
Viżi għal dħul multiplu
Viżi għal dħul multiplu b’validità twila jistgħu jinħarġu għal dħul wieħed, tnejn jew dħul multiplu. Il-Kodiċi dwar il-Viżi jistabbilixxi regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’tul ta’ validità progressivament itwal:
Viżi ta’ tranżitu minn ajruport u viżi limitati għal pajjiżi partikolari ma jitqisux meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’validità twila.
Viżi maħruġa fil-fruntieri esterni
Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal viża
Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni
Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali
Ir-Regolament emendatorju (UE) 2021/1134 jintroduċi wkoll stipulazzjonijiet li l-persunal tal-awtoritajiet konsulari u ċentrali tal-Istati Membri għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. M’għandux jiddiskrimina kontra persuni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilitajiet, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Emendi u tħassir
Ara wkoll:
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, pp. 1–58).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, pp. 11–87).
Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 1–13).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 14–55).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, pp. 39–58).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 1–71).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 (ĠU L 311, 17.11.2016, pp. 13–19).
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, pp. 1–52).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60–81).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, pp. 4–23).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 11.11.2021