This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Fluorescent and high intensity discharge lamps — ecodesign requirements
Bozoz fluworexxenti u b’discharge ta’ intensità għolja — rekwiżiti tal-ekodisinn
Bozoz fluworexxenti u b’discharge ta’ intensità għolja — rekwiżiti tal-ekodisinn
This summary has been archived and will not be updated. See 'L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija — sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat' for an updated information about the subject.
Bozoz fluworexxenti u b’discharge ta’ intensità għolja — rekwiżiti tal-ekodisinn
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Dan jistabbilixxi r-regoli dwar l-ekodisinn applikabbli għal ċerti tipi ta’ bozoz li għandhom jintużaw għal tidwil ġenerali bil-għan li jitnaqqas l-impatt ambjentali tagħhom.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament japplika speċifikament għal:
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Dan ir-regolament jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn f’sitt stadji progressivi (l-aħħar stadju li fadal ser japplika mill-2018) li kull wieħed minnhom jirrappreżenta żieda gradwali fil-miri u/jew jestendi l-ambitu tar-rekwiżiti għal subkategoriji ġodda ta’ prodotti. Dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw:
Konformità
Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti tagħhom huma meħtieġa jwettqu valutazzjoni ta’ konformità qabel ma jqiegħdu fis-suq prodott li juża l-enerġija.
Proċeduri ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ sorveljanza tas-suq dwar:
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mit-13 ta’ April 2009.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
* TERMINI EWLENIN
Bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata: bozoz b’discharge tat-tip bil-merkurju taħt pressjoni baxxa li fihom ħafna mid-dawl jintrema permezz tat-tqanqil tal-molekuli ta’ saff wieħed jew aktar ta’ fosfri mir-radjazzjoni ultravjola li tkun ġejja mid-discharge. Dawn jistgħu jkunu b’kappa waħda jew b’kappa doppja u ma għandhomx ballast integrata.
Bozoz b’discharge ta’ intensità għolja: bozoz li fihom id-dawl jiġi prodott b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku tal-elettriku minn gass, fwar ta’ metall jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar, u li fihom l-arka li tipproduċi d-dawl tiġi stabbilizzata bit-temperatura tas-superfiċje u l-arka jkollha loading tas-superfiċje tal-bozza ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru.
Ballasts: apparat li jservi prinċipalment biex jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz għall-valur meħtieġ.
Lampi: biċċiet ta’ apparat li jiddistribwixxu, jiffiltraw jew jittrasformaw id-dawl trażmess minn sors wieħed jew aktar tal-elettriku u li jinkludu l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, iwaħħlu u jipproteġu s-sorsi ta’ dawl.
DOKUMENT EWLIENI
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, pp. 17-44)
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, pp. 10-35)
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 13.12.2016