This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ecodesign and energy labelling requirements – household tumble dryers
Rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija — magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku
Rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija — magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku
Ir-Regolament (UE) 2023/2533 jintroduċi l-ekodisinn* rekwiżiti għal magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Dan ifisser li magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tar-regolament, flimkien ma’ rekwiżiti addizzjonali għall-effiċjenza tal-kondensazzjoni, informazzjoni tal-utent, u l-irkupru u r-riċiklaġġ materjali fi tmiem il-ħajja biss, jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-UE.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 jirrikjedi li l-magni tat-tnixxif kollha mibjugħin fl-UE jkollhom tikketta tal-enerġija* sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri.
Iż-żewġ regolamenti japplikaw għal magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li huma konnessi mal-mejns tal-elettriku, ma’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tal-gass u ma’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jistgħu jitħaddmu bil-batteriji. Dawn japplikaw ukoll għal magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ inkorporati u b’ħafna ċilindri.
Ir-regolamenti ma jkoprux:
Xi rekwiżiti ma japplikawx għal magni tat-tnixxif b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas.
Ir-Regolament (UE) 2023/2533 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn, li huma dettaljati fl-Anness II, inkluż dan li ġej.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2534 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija.
Il-Fornituri għandhom jiżguraw li:
In-negozjanti għandhom jiżguraw li:
Ċirkomvenzjoni
Il-manifatturi jew l-importaturi ma għandhomx iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz prodotti ddisinjati biex joperaw b’mod differenti:
Ir-regolamenti japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2025, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
Id-Direttiva 2009/125/KE introduċiet qafas ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija mibjugħa fl-UE (ara s-sommarju).
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 introduċa qafas tat-tikkettar għal prodotti relatati mal-enerġija sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija (ara s-sommarju).
Id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (id-Direttiva WEEE — ara s-sommarju) stabbilixxiet rekwiżiti għall-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir elettriku u elettroniku
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 tas-17 ta’ Novembru 2023) li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 (ĠU L, 2023/2533, 22.11.2023).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru392/2012 (ĠU L, 2023/2534, 22.11.2023).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 tas-17 ta’ April 2023 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija f’modalità mitfi, f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u (KE) Nru 107/2009 (ĠU L 103, 18.4.2023, pp. 29–47).
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, pp. 1–23).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/1369 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (ĠU L 197, 24.7.2012, pp. 38–71).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, pp.10–35)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Directtiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar makkinarju u d-Direttiva emendatorja 95/16/KE (recast) (ĠU L 157, 9.6.2006, pp. 24–86).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 08.02.2024