Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità

Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità

 

SOMMARJU TA’:

Il-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità (Kunsill tal-Ewropa)

Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni fuq iċ-Ċiberkriminalità fir-rigward ta’ kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ natura razzista u ksenofobika li saret minn sistemi tal-kompjuter

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar il-kooperazzjoni msaħħa u l-iżvelar tal-evidenza elettronika

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/436 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI, IL-PROTOKOLLI U D-DEĊIŻJONI?

  • Il-konvenzjoni għandha l-għan li tgħin fil-ġlieda kontra delitti li jistgħu jsiru biss permezz tal-użu ta’ teknoloġija, fejn it-tagħmir ikun sew l-għodda biex isir id-delitt u l-mira tad-delitt, kif ukoll id-delitti fejn it-teknoloġija tkun użata biex ittejjeb delitt ieħor, bħal frodi. Din tipprovdi linji gwida għal kwalunkwe pajjiż li jkun qed jiżviluppa liġijiet domestiċi fuq ċiberkriminalità u sservi bħala l-bażi għal kooperazzjoni internazzjonali bejn partijiet għall-konvenzjoni.
  • L-ewwel protokoll addizzjonali għandu l-għan li jikkriminalizza d-disseminazzjoni ta’ materjal razzist u ksenofobiku permezz tas-sistemi tal-kompjuter, flimkien ma’ theddid u insulti razzisti u motivati mill-ksenofobija.
  • It-tieni protokoll addizzjonali għandu l-għan li jipprovdi regoli komuni fil-livell internazzjonali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u l-ġbir ta’ evidenza f’forma elettronika għal investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali.
  • Id-deċiżjoni tawtorizza lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jirratifikaw it-tieni protokoll addizzjonali fl-interess tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità

  • Il-konvenzjoni tkopri:
    • il-kriminializzazzjoni tal-imġiba — li tkopri aċċess illegali u interferenza tad-data u tas-sistemi għal frodi relatat mal-kompjuter u d-disseminazzjoni ta’ materjal dwar l-abbuż tat-tfal;
    • setgħat proċedurali biex tiġi investigata ċ-ċiberkriminalità u evidenza elettronika sikura relatata ma’ kull delitt;
    • kooperazzjoni effiċjenti internazzjonali bejn il-partijiet.
  • Il-Partijiet huma membri tal-Kumitat ta-Konvenzjoni fuq iċ-Ċiberkriminalità u jaqsmu informazzjoni u esperjenza, jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni jew jinterpretaw il-konvenzjoni permezz ta’ noti ta’ gwida.
  • Mis-27 Stat Membru, 26 naqqsu li jirratifikaw il-konvenzjoni — l-Irlanda ffirmat imma għad ma rratifikathiex.

Protokoll Addizzjonali 1

  • Dan il-protokoll jestendi l-iskop tal-konvenzjoni biex tkopri propaganda ksenofobika u razzista li tkun disseminata permezz tas-sistemi tal-kompjuter, u tipprovdi aktar protezzjoni għal vittmi. Barra minn hekk, din:
    • tinforza l-qafas legali permezz ta’ sett ta’ linji gwida għal kriminalizzazzjoni ta’ propaganda ksenofobika u razzista fiċ-ċiberspazju.
    • issaħħaħ il-modi u l-mezzi għal kooperazzjoni internazzjonali fl-investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ delitti razzisti u ksenofobiċi online.

Protokoll Addizzjonali 2

  • Dan il-protokoll jimmira li jsaħħaħ aktar il-kooperazzjoni internazzjonali.
  • Hu jindirizza l-isfida partikolari ta’ evidenza elettronika relatata ma’ ċiberkriminalità u reati oħra li jinżammu minn fornituri tas-servizz f’ġuriżdizzjonijiet barranin, imma b’poter tal-infurzar tal-liġi limitati għal fruntieri nazzjonali.
  • Il-karatteristiċi prinċipali tiegħu huma:
    • bażi legali ġdida li tippermetti talba diretta lil reġistri f’ġuriżdizzjonijiet oħra biex tinkiseb informazzjoni dwar reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju;
    • bażi legali ġdida li tippermetti ordnijiet diretti lil fornituri tas-servizzi f’ġuriżdizzjonijiet oħra biex tinkiseb informazzjoni dwar abbonati;
    • mezzi msaħħa biex tinkiseb informazzjoni dwar abbonati u data fuq it-traffiku permezz ta’ kooperazzjoni bejn gvern u gvern;
    • kooperazzjoni b’urġenza f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza inkluż l-użu ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta u investigazzjonijiet konġunti.

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/436

  • L-Istati Membri biss, u mhux l-UE stess, jistgħu jaċċedu għall-Konvenzjoni għax l-istati biss jistgħu jkunu partijiet.
  • Id-deċiżjoni tissettja numru ta’ riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki u komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jadottaw qabel jispiċċaw il-proċessi ta’ ratifikazzjoni tagħhom. Dawn jiżguraw li l-protokoll hu kompatibbli mal-liġi u l-politika tal-UE u l-applikazzjoni uniformi tal-protokoll minn Stati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi mhux tal-UE.
  • Id-Danimarka u l-Irlanda ma ħadux sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2023/436 u mhumiex marbuta biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

L-UE tappoġġja l-konvenzjoni u l-protokolli tagħha sew bħala parti mill-istrateġija tal-UE dwar unjoni ta’ sigurtà (ara s-sommarju) kif ukoll l-istrateġija dwar iċ-ċibersigurtà tagħha.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

  • Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2004.
  • Il-Protokoll Addizzjonali 1 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2006.
  • Il-Protokoll Addizzjonali 2 għadu ma daħalx fis-seħħ.
  • Id-Deċiżjoni (UE) 2023/436 ilha tapplika mil-14 ta’ Frar 2023.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Il-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità, il-Kunsill tal-Ewropa, Budapest, 23.11.2001.

Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni fuq iċ-Ċiberkriminalità fir-rigward ta’ kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ natura razzista u ksenofobika li saret mis-sistemi tal-kompjuter, il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.2003.

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar il-kooperazzjoni msaħħa u l-iżvelar ta’ evidenza elettronika (ĠU L 63, 28.2.2023, pp. 28–47).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/436 tal-14 ta’ Frar 2023 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika (ĠU L 63, 28.2.2023, pp. 48–53).

DOKUMENTI RELATATI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020) 605 final, 24.7.2020).

Il-Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-UE għad-Deċennju Diġitali (JOIN(2020) 18 final, 16.12.2020).

l-aħħar aġġornament 28.11.2023

Top