This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU–Indonesia Framework Agreement on Comprehensive Partnership and Cooperation
Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Indoneżja
Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Indoneżja
Id-Deċiżjoni 2014/229/UE dwar l-iffirmar tal-ftehim qafas mal-Indoneżja
Il-ftehim qafas għandu l-għan li:
Deċiżjoni 2014/229/UE tas-27 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza l-iffirmar tal-ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea (UE).
Id-Deċiżjoni 2014/230/UE u d-Deċiżjoni 2014/231/UE kkonkludew il-ftehim f’isem l-UE.
Il-ftehim ikopri diversi oqsma ta’ kooperazzjoni:
Kumitat konġunt, b’rappreżentanti taż-żewġ partijiet, jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim u t-twettiq tal-għanijiet tiegħu
Il-ftehim se jidħol fis-seħħ ladarba jiġi ratifikat mill-Istati Membri tal-UE u konkluż mill-UE u ratifikat mill-Indoneżja.
Għal iktar informazzjoni, ara:
Ftehim Qafas dwar sħubija komprensiva u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (ĠU L 125, 26.4.2014, pp. 17–43).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE tas-27 ta’ Ottubru 2009 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni komprensivi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 16).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/230/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni (ĠU L 125, 26.4.2014, pp. 44–45).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/231/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ riammissjoni (ĠU L 125, 26.4.2014, pp. 46–47).
l-aħħar aġġornament 28.09.2023