This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Consumer protection – Representative actions
Protezzjoni tal-konsumatur – Azzjonijiet rappreżentattivi
Protezzjoni tal-konsumatur – Azzjonijiet rappreżentattivi
Din tagħti s-setgħa lil organizzazzjonijiet jew korpi pubbliċi maħtura mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex ifittxu miżuri ta’ inibizzjoni jew ta’ rimedju f’isem gruppi ta’ konsumaturi permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi (inklużi azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera). Dan jinkludi t-tiftix ta’ kumpens minn negozjanti li jiksru d-drittijiet tal-konsumatur f’oqsma bħas-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, is-saħħa, it-telekomunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data, kif xieraq u disponibbli skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.
Minħabba li kemm il-proċeduri ġudizzjarji kif ukoll dawk amministrattivi jistgħu jservu l-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi b’mod effettiv u effiċjenti, huwa għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri jekk l-azzjoni rappreżentattiva tistax tintuża fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, skont il-qasam tal-liġi rilevanti jew is-settur ekonomiku rilevanti.
L-Istati Membri jaħtru l-entitajiet li se jkunu permessi jwasslu azzjonijiet rappreżentattivi f’isem il-konsumaturi (entitajiet ikkwalifikati).
Sabiex ikunu jistgħu jressqu l-azzjonijiet rappreżentattivi fi Stat Membru barra minn dak tad-deżinjazzjoni tagħhom (azzjonijiet transfruntiera), l-entitajiet kwalifikati jeħtiġilhom:
L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw il-kriterji ta’ hawn fuq għal entitajiet kwalifikati deżinjati minn qabel u li jistgħu jressqu azzjonijiet domestiċi (fl-Istat Membru tad-deżinjazzjoni tagħhom). L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeżinjaw entitajiet kwalifikati fuq bażi ad hoc bil-għan li jressqu azzjoni rappreżentattiva domestika partikolari.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-lista ta’ entitajiet kwalifikati ddeżinjati għal azzjonijiet transfruntiera fuq portal online, aġġornata kif meħtieġ.
Miżura ta’ inġunzjoni hija miżura provviżorja jew definittiva biex titwaqqaf jew tiġi pprojbita prattika. It-tnejn jistgħu jintużaw biex iwaqqfu prattika eżistenti jew jipprojbixxu prattika imminenti. Tista’ tinkludi wkoll (skont il-liġi nazzjonali) obbligu li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tal-qorti jew dikjarazzjoni korrettiva.
L-entità kwalifikata mhijiex meħtieġa tipprova telf jew ħsara attwali minn konsumaturi individwali affettwati mill-ksur, jew intenzjoni jew negliġenza min-naħa tal-kummerċjant.
Miżura ta’ rimedju teħtieġ li kummerċjant jipprovdi rimedji bħal kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u kif disponibbli skont il-liġi tal-UE jew dik nazzjonali.
L-Istati Membri jiżguraw li:
Dawn ir-rimedji huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju addizzjonali li mhuwiex is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva.
Sabiex jiġi evitat kunflitt ta’ interess fejn parti terza tipprovdi finanzjament ta’ rimedju, l-Istati Membri li jippermettu dak it-tip ta’ finanzjament jeħtiġilhom jiżguraw, b’mod partikolari, li:
L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li:
L-Istati Membri jeħtiġilhom:
Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ara s-sommarju) b’effett mill-.
Din daħlet fis-seħħ fl-. Għandha ssir liġi fl-Istati Membri sal- u tapplika fl-Istati Membri mill-.
Id-direttiva tagħmel parti mill-pakkett “tal-“patt il-ġdid għall-konsumaturi””.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, , pp. 1-27)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2020/1828/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament