This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Electronic freight transport information
Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija
Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija
Ir-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija
Ir-regolament jistabbilixxi qafas legali li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jaqsmu mal-awtoritajiet tal-infurzar informazzjoni f’format elettroniku dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi tal-ilma interni u bl-ajru fl-Unjoni Ewropea (UE).
Applikazzjoni
Ir-Regolament japplika għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja dwar it-trasport ta’ oġġetti stabbiliti fl-atti legali tal-UE elenkati fil-punti 1-5 hawn taħt, u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni Ewropea skont l-atti legali elenkati fil-punti 1-7 hawn taħt (elenkati fil-Parti A tal-Anness I):
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-trasport intermodali (ara s-sommarju);
Id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ara s-sommarju);
Ir-regolament japplika wkoll għal rekwiżiti ta’ informazzjoni simili f’liġijiet nazzjonali rilevanti (elenkati fil-Parti B tal-Anness I).
Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI)
L-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI) hija sett ta’ elementi ta’ data pproċessati b’mod elettroniku bil-għan li tiġi skambjata informazzjoni regolatorja fost l-operaturi ekonomiċi (prinċipalment kumpaniji involuti fit-trasport tal-merkanzija u l-loġistika) u bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti.
L-operaturi mhumiex obbligati jqiegħdu l-informazzjoni regolatorja għad-dispożizzjoni ta’ awtorità kompetenti b’mod elettroniku. Madankollu, meta jagħżlu li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli b’mod elettroniku, l-operaturi għandhom:
L-awtoritajiet rilevanti għandhom:
L-awtoritajiet rilevanti, il-fornituri tas-servizzi eFTI u l-operaturi għandhom iżommu l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u jiżguraw li din tiġi aċċessata u pproċessata biss meta tkun awtorizzata.
Settijiet ta’ data, regoli ta’ aċċess u proċeduri eFTI għall-awtoritajiet, il-pjattaformi eFTI u l-fornituri tas-servizzi
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta atti delegati jew ta’ implimentazzjoni sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Frar 2023 biex:
Il-pjattaformi eFTI użati għall-ipproċessar tad-data regolatorja jridu jipprovdu funzjonalitajiet biex jiżguraw li:
Il-fornituri ta’ servizzi eFTI għandhom jiżguraw li:
Mhux aktar tard mill-21 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni se tadotta l-ewwel att ta’ implimentazzjoni li jkopri dawn ir-rekwiżiti għall-pjattaformi eFTI u l-fornituri tas-servizzi eFTI.
Ċertifikazzjoni
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità se jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fl-Istati Membri tal-UE biex jiċċertifikaw il-pjattaformi eFTI u l-fornituri tas-servizzi eFTI.
Dan daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Awwissu 2020 u ser jibda japplika mill-21 ta’ Awwissu 2024.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, pp. 33–48).
Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (ĠU L 198, 25.7.2019, pp. 64–87).
Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 44–101).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/797 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, pp. 1–101).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 300, 14.11.2009, pp. 72–87).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, pp. 13–59).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 30–47).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, pp. 1–98).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, pp. 38–42).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Il-Kunsill tal-KEE: Ir-Regolament Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (edizzjoni speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1959-1962, pp. 60-64).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 23.03.2022