EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam

Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni (UE) 2019/1121 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM TA’ KUMMERĊ ĦIELES?

  • Il-ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandu l-għan li jilliberalizza u jinkoraġġixxi l-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ imsieħba.
  • Id-deċiżjoni timmarka l-iffirmar tal-FTA mill-Kunsill f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

L-FTA UE-Vjetnam jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi tal-UE biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet maħluqa fil-Vjetnam billi jiżguraw:

  • il-liberalizzazzjoni komprensiva tas-servizzi u s-swieq tal-investiment, inkluż il-ħruġ ta’ liċenzji biex jitwettqu attivitajiet f’dawn is-swieq, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u r-regoli speċifiċi għas-setturi maħsuba biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-UE;
  • opportunitajiet ġodda ta’ sejħiet għall-offerti għall-offerenti tal-UE fil-Vjetnam, li mhuwiex membru tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern;
  • it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi u regolatorji fil-bejgħ ta’ merkanzija, bħal ittestjar doppju, b’mod partikolari billi jippromwovi l-istandards tekniċi u regolatorji familjari fl-UE fis-setturi ta’
    • vetturi bil-magni
    • servizzi farmaċewtiċi u mediċi u
    • teknoloġiji ekoloġiċi;
  • kummerċ ibbażat fuq standards internazzjonali biex jippermetti l-approvazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-ikel tal-UE lejn il-Vjetnam;
  • L-impenn tal-Vjetnam biex inaqqas jew jelimina t-tariffi tiegħu fuq l-importazzjonijiet mill-UE, u aċċess orħos tan-negozji u l-konsumaturi tal-UE għall-prodotti li joriġinaw fil-Vjetnam;
  • protezzjoni ta’ livell għoli tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, skont il-Ftehim dwar Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (TRIPs), inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE; u
  • kapitolu komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li jimmira li jiżgura li l-kummerċ jappoġġja d-drittijiet tax-xogħol, l-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp soċjali u jippromwovi l-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti u s-sajd. Huwa jinkludi impenji biex jiġu applikati standards internazzjonali u dwar ir-ratifika ta’ numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali. Il-kapitolu jistipula wkoll kif l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili se jkunu involuti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwssu 2020.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, pp. 3-1400)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1121 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 1-2)

DOKUMENTI RELATATI

Ftehim ta’ protezzjoni tal-investiment bejn l-UE u l-Vjetnam

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1096 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra (ĠU L 175, 28.6.2019, p. 1-2)

Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (ĠU L 329, 3.12.2016, pp. 8-42)

Emendi suċċessivi għall-Ftehim Qafas ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għanda valur dokumentarju biss.

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 3)

l-aħħar aġġornament 17.07.2020

Top