Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sorveljanza tal-UE tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw f’ċerti pajjiżi mhux tal-UE

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Is-sorveljanza tal-UE tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw f’ċerti pajjiżi mhux tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-implimentazzjoni (UE) 2016/670 - li jintroduċi sorveljanza minn qabel tal-UE tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-UE

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jintroduċi skema ta’ “sorveljanza minn qabel” ta’ liċenzja tal-importazzjoni biex itejjeb il-monitoraġġ tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • L-Anness 1 tar-regolament jistabbilixxi l-kodiċi tal-prodotti koperti mir-regolament.
  • Ir-regolament japplika għal importazzjonijiet b’piż nett ta’ aktar minn 2 500 kilogramma.

Regoli komuni tal-UE

Liċenzja ta’ sorveljanza

  • Il-prodotti li jissodisfaw dawn ir-regoli tal-importazzjoni jingħataw liċenzja ta’ sorveljanza mill-pajjiż tal-UE kkonċernat li jirrilaxxa l-prodott għal ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-UE.
  • L-importaturi għandhom jipprovdu ċerta informazzjoni inkluż:
    • l-isem u l-indirizz tal-applikant;
    • deskrizzjoni tal-oġġetti, il-kwantità u l-valur tagħhom;
    • evidenza kummerċjali tal-intenzjoni tal-importazzjoni, bħal kopja tal-kuntratt tal-bejgħ jew ix-xiri jew il-fattura pro forma.
  • Jekk il-prezz tal-unità li bih saret it-tranżazzjoni, jew il-kwantità totali tal-prodott ippreżentat tvarja b’inqas minn 5 % minn dak iddikjarat fuq il-liċenzja ta’ sorveljanza, dan ma jipprevjenix iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott.

Rappurtar

  • Pajjiżi tal-UE għandhom jaġġornaw lill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi regolari (għall-inqas kull xahar) tal-kwantitajiet u l-valuri li għalihom inħarġu liċenzji ta’ sorveljanza.
  • Huma għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe anomaliji jew każi ta’ frodi li jiskopru u, il-bażi li fuqha kwalunkwe liċenzja ġiet miċħuda.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa japplika mit-30 ta’ April 2016 sal-15 ta’ Mejju 2020.

SFOND

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/670 tat-28 ta’ April 2016 ili tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 115, 29.4.2016, p. 37-47)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/670 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33-49)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2015/478tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16-33)

Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Dikjarazzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA — Arranġamenti — Minuti Maqbula — Dikjarazzjonijiet minn waħda jew bosta mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3-522)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1-101)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 23.05.2019

Top