Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Korea ta’ Fuq

Miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Korea ta’ Fuq

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 — miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Ir-Regolament (UE) 2017/1509 — miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Sanzjonijiet

  • Ir-RDPK ġiet soġġetta għal għadd ta’ UNSCR, billi applikat sanzjonijiet kontra r-RDPK immirati lejn il-programmi nukleari tagħha, relatati mal-qerda tal-massa u relatati mal-missili ballistiċi;
  • l-iktar riċenti UNSCR 2270 (2016). Minbarra l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet tan-NU, l-UE daħħlet ukoll miżuri awtonomi addizzjonali.

Kummerċ fuq oġġetti, servizzi u teknoloġija

Id-deċiżjoni u r-regolament jimponu projbizzjonijiet fuq il-kummerċ, il-merkanzija u t-teknoloġija li jistgħu jgħinu l-programmi ta’ armi tar-RDPK. Dawn jinkludu:

  • projbizzjonijiet ta’ esportazzjoni u importazzjoni li jkopru merkanzija bħal:
    • armi;
    • metalli prezzjużi;
    • ħelikopters u bastimenti ġodda;
    • fjuwil għall-avjazzjoni u għal rokits;
    • oġġetti ta’ lussu;
  • restrizzjonijiet fuq l-appoġġ finanzjarju għall-kummerċ;
  • restrizzjonijiet ta’ investiment inkluża projbizzjoni fuq:
    • investiment mir-RDPK f’pajjiżi tal-UE;
    • parteċipazzjoni jew finanzjament ta’ kwalunkwe kumpanija involuta f’attivitajiet illegali fir-RDPK jew fis-setturi tal-minjieri, tar-raffinar jew tal-kimika;
  • projbizzjoni fuq għajnuna finanzjarja għar-RDPK ħlief għal għanijiet umanitarji u ta’ żvilupp li jindirizzaw il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni;
  • spezzjonijiet obbligatorji fuq il-merkanzija kollha sejra lejn jew ġejja mir-RDPK permezz tal-art, il-baħar jew l-ajru;
  • sospensjoni tal-kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-pajjiżi tal-UE u persuni jew gruppi sponsorjati uffiċjalment minn jew li jirrappreżentaw lir-RDPK b’eżenzjonijiet għal skambji mediċi u attivitajiet oħra meqjusa li ma humiex fil-programmi tal-armi tar-RDPK;
  • restrizzjonijiet ta’ dħul fit-territorju u residenza, iżda b’eżenzjonijiet umanitarji u ċerti eżenzjonijiet oħra;
  • iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

Projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi

Id-deċiżjoni u r-regolament jimponu projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi fuq persuni u kumpaniji marbuta ma’ dawn il-programmi illegali;

  • il-listi ta’ dawn il-persuni u l-kumpaniji huma annessi mad-deċiżjoni u r-regolament.
  • dawn l-annessi huma aġġornati hekk kif in-NU żżid jew tneħħi persuni jew kumpaniji mil-listi tagħha.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mid-29 ta’ Mejju 2016. Hija tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

Ir-Regolament ilu japplika mill-1 ta’ Settembru 2017. Jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 329/2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, pp. 79-124)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, pp. 1-109)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.12.2022

Top