Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027' for an updated information about the subject.

Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2018/1475 — regoli li jikkonċernaw il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li jimmira li jippromwovi s-solidarjetà fis-soċjetà Ewropea, billi jinvolvi liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet f’attivitajiet aċċessibbli u ta’ kwalità għolja.

Il-Korp joffri liż-żgħażagħ opportunitajiet biex jgħinu jsolvu sitwazzjonijiet ta’sfida madwar l-Ewropa u juru l-impenn tagħhom lejn il-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi utli għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

  • għandu l-għan li
    • jagħti liż-żgħażagħ il-possibilità li jgħinu lis-soċjetà ġenerali, filwaqt li jtejbu l-ħiliet personali tagħhom u l-opportunitajiet ta’ xogħol
    • jipprovdi attivitajiet proprjament ivvalidati, ta’ kwalità għolja
    • jippromwovi d-demokrazija, iċ-ċittadinanza u l-involviment, b’enfasi partikolari fuq l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet ugwali
    • iħeġġeġ il-kooperazzjoni fost iż-żgħażagħ Ewropej;
  • joffri opportunitajiet għal attivitajiet fil-pajjiż ta’ oriġini u transfruntieri
    • volontarjat*
    • apprendistati* u impjiegi*
    • proġetti ta’ solidarjetà u attivitajiet ta’ netwerking
    • miżuri ta’ kwalità u appoġġ inklużi taħriġ, appoġġ lingwistiku u assigurazzjoni kumplimentari;
  • jamministra
    • baġit ta’ €375.6 miljun għall-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Minn dan, 90 % huwa allokat għal proġetti ta’ volontarjat u solidarjetà u 10 % għal apprendistati jew impjiegi.

Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għal:

  • Żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena li għandhom jirreġistraw fil-Portal Ewropew tas-Solidarjetà qabel jibdew attività ta’ volontarjat, apprendistat jew impjieg jew proġett ta’ solidarjetà;
  • organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, li ma jagħmlux jew li jagħmlu profitt li jilħqu r-rekwiżiti meħtieġa minn:
    • Pajjiżi tal-UE (għall-volontarjat, l-apprendistati, l-impjiegi, il-proġetti ta’ solidarjetà u l-attivitajiet ta’ netwerking)
    • pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija) u l-pajjiż kandidati potenzjali (il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo*), membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein), l-Iżvizzera u s-16-il pajjiż tal-viċinat*, u r-Russja (għall-volontarjat, proġetti ta’ solidarjetà u attivitajiet ta’ netwerking).

Ir-regolament jirrikjedi lill-Kummissjoni Ewropea għall-:

  • monitoraġġ regolari tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet, aġenziji u organizzazzjonijiet nazzjonali;
  • tippubblika rapport ta’ rendikont fl-2020;
  • li tevalwa l-leġiżlazzjoni eżistenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-futur tal-programm sas-6 ta’ Ottubru 2022;
  • ixerred l-informazzjoni u tiżgura l-pubbliċità fuq l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Il-pajjiż parteċipanti għandhom jaħtru aġenzija nazzjonali biex tmexxi l-attivitajiet tal-Korp.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-5 ta’ Ottubru 2018.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Volontarjat: attività volontarja mhux imħallsa sa 12-il xahar.
Apprendistat: esperjenza ta’ xogħol imħallsa għal bejn xahrejn u 6 xhur, li tiġġedded darba għal massimu ta’ 12-il xahar.
Impjieg: xogħol imħallas għal bejn 3 xhur u 12-il xahar fuq kuntratt tax-xogħol bil-miktub.
Pajjiżi tal-viċinat: dawn jinkludu 16 mill-eqreb ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE:
  • fil-Lvant: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna;
  • fin-Nofsinhar: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina**, is-Sirja u t-Tuneżija.

**Din id-deżinjazzjoni m’għandhiex tinftiehem bħala rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-pajjiżi tal-UE fuq din il-kwistjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 250, 4.10.2018, pp. 1-20)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport li jħassar Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 50-73)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 185-208)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 924-947)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.


*Din id-deżinazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

l-aħħar aġġornament 11.01.2019

Top