Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Ġappun

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Ġappun

 

SOMMARJU TA’:

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

Id-Deċiżjoni 2011/213/UE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita l-attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija għal skopijiet paċifiċi.

Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).

PUNTI EWLENIN

L-attivitajiet imwettqa taħt il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

  • kontributi u benefiċċji reċiproċi u ekwi;
  • aċċess reċiproku għal programmi ta’ riċerka u żvilupp, proġetti u faċilitajiet favur riċerkaturi viżitaturi;
  • skambju f’waqtu ta’ informazzjoni;
  • promozzjoni ta’ soċjetà bbażata fuq l-għarfien għall-benefiċċju tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-UE u l-Ġappun.

Kooperazzjoni

Il-ftehim ikopri żewġ forom ta’ attivitajiet kooperattivi:

  • attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta bejn il-partijiet inklużi
    • laqgħat pereżempju, bejn l-esperti
      • għad-diskussjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar aspetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ suġġetti ġenerali jew speċifiċi u
      • għall-identifikazzjoni ta’ proġetti u programmi ta’ riċerka u żvilupp li jistgħu jsiru b’mod utli fuq bażi kooperattiva
    • l-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, linji ta’ politika, prattiki, u liġijiet u regolamenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-iżvilupp
    • żjarat u skambji ta’ xjenzati, persunal tekniku u esperti oħra dwar suġġetti ġenerali jew speċifiċi
    • forom oħra ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni kif deċiż mill-Kumitat Konġunt dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika;
  • attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta: kwalunkwe persuna* li jkunu ġejjin minn waħda mill-partijiet jistgħu jieħdu sehem fil-programmi u l-proġetti ta’ riċerka u żvilupp tal-parti l-oħra (jew l-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tagħha) skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-parti l-oħra, u soġġetti għall-Annessi I u II tal-ftehim.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2011 għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Wara dan, se jibqa’ fis-seħħ sakemm ma jiġix itterminat minn xi waħda mill-Partijiet.

SFOND

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun (li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019) u l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Ġappun (parti kbira minnu applikabbli b’mod proviżorju mill-1 ta’ Frar 2019) jirrappreżentaw tisħiħ sinifikanti tas-sħubija tal-UE mal-Ġappun.

Għal aktar informazzjoni, ara:

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) mal-Ġappun, ara:

TERMINI EWLENIN

Persuna:
  • fir-rigward tal-Ġappun, kwalunkwe ċittadin tal-Ġappun jew kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita skont il-liġijiet nazzjonali tal-Ġappun
  • fir-rigward tal-UE, kwalunkwe ċittadin tal-pajjiżi tal-UE jew kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun u dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 90, 6.4.2011, pp. 2-7)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/213/UE tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 1)

l-aħħar aġġornament 12.09.2019

Top