This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Electricity in the EU — Inter-Transmission System Operator Compensation (ITC)
L-Elettriku fl-UE — Kumpens lill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC)
L-Elettriku fl-UE — Kumpens lill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC)
L-Elettriku fl-UE — Kumpens lill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC)
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
Dan għandu l-għan li jipprovdi mekkaniżmu u linji gwida dwar:
PUNTI EWLENIN
It-TSOs jirċievu kumpens għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku fin-netwerks tagħhom, inkluż għal telf korrispondenti permezz ta’ fond ta’ Kumpens ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC) stabbilit u amministrat min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSOE), li ġie stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-qafas tal-ITC huwa ssorveljat mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 713/2009.
Kontribuzzjoni għall-fond
It-TSOs jikkontribwixxu b’mod proporzjonali għall-fond tal-ITC abbażi ta’ flussi elettriċi lejn u mis-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħhom.
Parteċipazzjoni
L-awtoritajiet regolatorji jiżguraw li t-TSOs jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tal-ITC u li ma tiġi inkluża l-ebda imposta addizzjonali għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku fl-imposti applikati mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-aċċess tan-netwerks.
It-TSOs minn pajjiżi mhux tal-UE li japplikaw id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku jew li jkunu daħlu fi ftehimiet multipartitiċi huma intitolati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tal-ITC.
Ħlas għad-dritt għall-użu
Kull parteċipant fil-mekkaniżmu tal-ITC jimponi “ħlas għad-dritt għall-użu” tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-elettriku bejn is-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali u s-sistema ta’ trażmissjoni ta’ pajjiż mhux tal-UE, dment li jkun qabel li japplika d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, jew meta ma jkunx hemm ftehim multipartitiku.
Il-“ħlas għad-dritt għall-użu” għal kull sena jiġi stabbilit mill-ENTSO-E skont il-kontribut stmat għal kull siegħa ta’ megawatt li t-TSOs minn pajjiż parteċipanti jagħmlu lill-Fond tal-ITC abbażi tal-flussi transkonfinali tal-elettriku previsti għas-sena rilevanti.
Imposti
L-imposti ta’ trażmissjoni annwali medji mħallsa mill-produtturi jiġu kkalkulati bħala:
Dawn l-imposti jeskludu:
L-imposti ta’ trażmissjoni medji annwali permissibbli mħallsa mill-produtturi huma kif ġej:
L-ENTSO-E jissorvelja kemm huma xierqa dawn il-firxiet ta’ imposti permissibbli, filwaqt li jqis l-impatt tagħhom fuq il-finanzjament tal-kapaċità ta’ trażmissjoni għall-pajjiżi tal-UE.
META BEDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?
Ilu japplika mit-3 ta’ Marzu 2011.
SFOND
Ara wkoll:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni (ĠU L 250, 24.9.2010, pp. 5-11)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1-14)
L-emendi għar-Regolament (UE) 713/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal finijiet dokumentarji.
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, pp. 15-35)
l-aħħar aġġornament 24.05.2019