Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku UE-Żvizzera (MRA)

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku UE-Żvizzera (MRA)

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar għarfien bejn xulxin rigward stima ta’ konformità

Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku (MRA)* għandu l-għan li jippromwovi l-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Komunità Ewropea (issa l-UE) u l-Iżvizzera permezz ta’ tneħħija ta’ barrieri tekniċi. Skont il-ftehim bilaterali li l-pajjiżi tal-UE approvaw fil-21 ta’ Ġunju 1999, l-UE u l-Iżvizzera jaċċettaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità* li kull wieħed ikun wettaq għal prodotti industrijali speċifiċi. Huwa ftehim komprensiv ibbażat fuq l-ekwivalenza tal-leġiżlazzjoni Żvizzera għal dik tal-UE. Huwa jkopri r-rikonoxximent tal-valutazzjonijiet tal-konformità irrispettivament mill-oriġini tal-prodotti, ħlief għall-Kapitolu 15 dwar Prodotti Mediċinali, Spezzjoni GMP u Ċertifikazzjoni tal-Lott. Dan it-tip ta’ ftehim MRA normalment jissejjaħ “MRA Mtejjeb”. Madankollu, il-każ tal-Iżvizzera huwa pjuttost uniku.

Id-deċiżjoni tadotta l-ftehim dwar l-għarfien reċiproku bħala parti minn pakkett ta’ seba’ ftehimiet mal-Iżvizzera.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim ikopri s-setturi tal-prodotti li ġejjin:

  • makkinarju
  • apparat protettiv tal-persunal
  • ġugarelli
  • apparat mediku
  • apparat tal-gass u tat-tgħolija
  • kontenituri bil-pressjoni
  • apparat tar-radju u apparat terminali tat-telekomunikazzjonijiet
  • apparat u sistemi protettivi intiżi għall-użu f’żoni potenzjalment esplussivi
  • apparat tal-elettriku u tal-kumpattibbilità elekromanjetika
  • impjant u apparat tal-kostruzzjoni
  • strumenti tal-kejl u ippakkjar preċedenti
  • vetturi bil-magni
  • tratturi agrikoli jew tal-forestrija
  • prattika tajba tal-laboratorju (PTL)
  • prodotti mediċinali, spezzjoni tal-GMP u ċertifikazzjoni tal-lott
  • prodotti tal-kostruzzjoni
  • lifts
  • prodott bijoċidali
  • installazzjonijiet tar-rotta b’kablaġġ
  • splussivi għall-użu ċivili.

Karatteristiċi ewlenin tal-ftehim:

  • aċċettazzjoni reċiproka mill-UE u l-Iżvizzera ta’ rapporti, ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u marki ta’ konformità maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità rikonoxxuti*;
  • rikonoxximent reċiproku tad-dikjarazzjonijiet tal-manifatturi li jiċċertifikaw li l-prodotti koperti mill-ftehim jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-parti l-oħra, kif ukoll mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
  • iż-żewġ (2) partijiet jiżguraw li l-awtoritajiet li jinnominaw* ikollhom is-setgħa u l-kompetenza meħtieġa biex jinnominaw korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jew jirtiraw in-nomina, jissospendu jew ineħħu s-sospensjoni ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità nnominati;
  • il-partijiet jaqsmu informazzjoni dwar il-proċeduri użati biex jiżguraw li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali ta’ nomina tal-ftehim;
  • f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-partijiet għandhom id-dritt li jikkontestaw il-kompetenza teknika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-parti l-oħra;
  • il-partijiet se jaqsmu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi;
  • sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki meħtieġa tal-prodott, l-awtorità kompetenti ta’ parti tista’ wkoll:
    • tavviċina lill-awtorità kompetenti tal-parti l-oħra;
    • tidħol f’kuntatt dirett mal-manifattur; jew
    • jekk xieraq, tagħmel kuntatt dirett mal-aġent tal-manifattur fit-territorju tal-parti l-oħra.

Dan il-ftehim daħal fis-seħħ biss wara r-ratifika tas-seba’ ftehimiet li ġejjin kollha bejn l-UE u l-Iżvizzera:

MINN META JAPPLIKA L-FTEHIM?

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

SFOND

Fir-riżoluzzjoni tagħhom tal-21 ta’ Diċembru 1989, il-gvernijiet tal-UE qablu dwar il-prinċipji tal-MRAs. Fil-21 ta’ Settembru 1992, huma awtorizzaw lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinnegozja ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku f’isem l-UE ma’ ċerti pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Għal aktar tagħrif, ara:

TERMINI EWLENIN

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku: Ftehim internazzjonali fejn 2 pajjiżi jew aktar jagħrfu l-konformità tar-riżultati ta’ valutazzjoni ta’ xulxin.
Il-valutazzjoni tal-konformità: il-proċedura li biha prodott, qabel ma tkun tista’ ssirlu promozzjoni, jiġi ttestjat, spezzjonat u ċċertifikat biex jiġi żgurat li huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti.
Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità: dawn jevalwaw jekk prodott jissodisfax ir-rekwiżiti regolatorji jew leġiżlattivi rilevanti.
Awtorità li tinnomina: awtorità nazzjonali bil-poter legali li tinnomina, tissospendi, tirtira n-nomina, jew tneħħi sospensjoni ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar għarfien bejn xulxin rigward stima ta’ konformità — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi: moviment liberu tal-persuni, trasport bl-ajru u fuq l-art, akkwist pubbliku, kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 369-429)

Emendi suċċessivi għal Ftehim ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 1-5)

DOKUMENTI RELATATI

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi: moviment liberu tal-persuni, trasport bl-ajru u fuq l-art, akkwist pubbliku, kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 353, 31.12.2009, pp. 71-90)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru u dak fuq l-art, l-akkwist pubbliku, il-kooperazzjoni xjentifika u t-teknoloġika, ir-rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 73-90)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru u dak fuq l-art, l-akkwist pubbliku, il-kooperazzjoni xjentifika u t-teknoloġika, ir-rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 91-131)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodott agrikoli — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru u dak fuq l-art, l-akkwist pubbliku, il-kooperazzjoni xjentifika u t-teknoloġika, ir-rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 132-368)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar għarfien bejn xulxin rigward stima ta’ konformità — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru u dak fuq l-art, l-akkwist pubbliku, il-kooperazzjoni xjentifika u t-teknoloġika, ir-rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 369-429)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ċerti aspetti ta’ akkwisti tal-gvern — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera fis-setturi dwar il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru u dak fuq l-art, l-akkwist pubbliku, il-kooperazzjoni xjentifika u t-teknoloġika, ir-rikonoxximent reċiproku b’relazzjoni mal-valutazzjoni tal-konformità, u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 430-467)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Uruguay Round ta’ Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ (1986-1994) — Anness 1 — Anness 1A — Ftehim dwar barrieri tekniċi għall-kummerċ (WTO-GATT 1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, pp. 86-99)

Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Dikjarazzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA — Arranġamenti — Minuti Maqbula — Dikjarazzjonijiet minn waħda jew bosta mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, pp. 3-522)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali għall-valutazzjoni tal-konformità (ĠU C 10, 16.1.1990, pp. 1-2)

Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera — Protokoll Nru 1 dwar it-trattament applikabbli għal ċerti prodotti — Protokoll Nru 2 dwar prodotti suġġetti għal arranġamenti speċjali biex jittieħed kont tad-differenzi fl-ispiża tal-prodotti agrikoli inkorporati fih — Protokoll Nru 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Protokoll Nru 4 dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Irlanda — Protokoll Nru 5 dwar it-trattament li jista’ jiġi applikat mill-Iżvizzera għal importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti suġġetti għall- bini ta’ riservi obbligatorji — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Dikjarazzjonijiet Konġunti - Dikjarazzjonijiet Unilaterali — (ĠU L 300, 31.12.1972, pp. 189-280)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 24.07.2018

Top