This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Common rules for the collection of census data on population and housing
Regoli komuni għall-ġbir tad-dejta taċ-ċensiment dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
Regoli komuni għall-ġbir tad-dejta taċ-ċensiment dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
Regoli komuni għall-ġbir tad-dejta taċ-ċensiment dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni
SOMMARJU TA’
Regolament (KE) Nru 763/2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi regoli komuni għall-provvediment ta’ statistika taċ-ċensiment dwar il-popolazzjoni u d-djar fl-UE.
Għandu l-għan li jikseb tixrid komprensiv u flessibbli tad-dejta taċ-ċensiment kif ukoll trasparenza fir-rigward tal-kwalità tagħhom.
PUNTI EWLENIN
Sottomissjoni tad-dejta
Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) dejta dwar il-popolazzjoni li tkopri:
Din id-dejta hija kif stabbilit fl-anness tar-regolament u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Is-sorsi tad-dejta
Ir-regolament jistabbilixxi s-sorsi tad-dejta li l-pajjiżi tal-UE għandhom jibbażaw l-istatistika tagħhom fuqhom. Dawn jinkludu:
Protezzjoni tad-dejta
Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Dan ir-regolament ma għandux jinċidi fuq id-dispożizzjonijiet tagħhom stess dwar il-protezzjoni ta’ dejta.
Trażmissjoni ta’ dejta
Kull pajjiż tal-UE għandu jiddetermina data li għaliha tirreferi d-dejta (data ta’ referenza), li għandha tirreferi għall-istess sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun is-sena 2011. Is-snin ta’ referenza għandhom jaħbtu fl-ewwel sena ta’ kull deċenju.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinfurmaw lill-Eurostat bi kwalunkwe reviżjoni jew korrezzjoni tal-istatistika trasmessa, kif ukoll dwar kwalunkwe bidla fis-sorsi ta’ dejta u fil-metodoloġija magħżula. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn xahar qabel ir-rilaxx tad-dejta riveduta.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’dejta finali, validata u aggregata u b’metadata, fi żmien 27 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
Biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-ewwel programm tad-dejta statistika u tal-metadata li għandha tiġi trażmessa għas-sena ta’ referenza 2011, u fl-2017 adottat it-tieni programm għas-sena ta’ referenza 2021.
Il-pajjiżi tal-UE jibagħtu d-dejta lill-Eurostat skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trażmissjoni tad-dejta, soġġett għall-kunfidenzjalità statistika, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawn għandhom jiżguraw li d-dejta mibgħuta ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi. It-trażmissjoni hija f’format elettroniku u hija skont l-ispeċifikazzjonijiet maqbula mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, il-kumitat li jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni (Eurostat).
Evalwazzjoni tal-kwalità
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata biex tissodisfa r-rekwiżiti tar-regolament jissodisfaw il-karatteristiċi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tal-akkomodazzjoni kif stabbilit fir-regolament, jiġifieri:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa, li jiddeskrivi kemm is-sorsi ta’ dejta kif ukoll il-metodoloġija magħżula jissodisfaw il-karatteristiċi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kwalità tad-dejta. B’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE, tipprovdi rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-dejta u l-metadata prodotta, b’mod partikolari li tirrikonoxxi Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza tal-Istatistiċi Ewropej għaċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u l-Akkomodazzjoni tal-2010.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mit-2 ta’ Settembru 2008.
SFOND
Sabiex l-UE tkun tista’ tiżviluppa l-politiki reġjonali, soċjali u ambjentali tagħha, għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha dejta komparabbli u affidabbli dwar il-popolazzjoni u dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ persuni fir-rigward tal-familja, dawk soċjali, dawk ekonomiċi u fir-rigward tal-akkomodazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 14-20)
Ara l-verżjoni konsolidata.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/881tat-23 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1151/2010 (ĠU L 135, 24.5.2017, pp. 6-14)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi s-sena ta’ referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 21.4.2017, pp. 1-11)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 tat-22 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 78, 23.3.2017, pp. 13-58)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1151/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 324, 9.12.2010, pp. 1-12)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1151/2010 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2010 tas-16 ta’ Ġunju 2010 li jadotta l-programm tal-istatistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 151, 17.6.2010, pp. 1-13)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 329, 15.12.2009, pp. 29-68)
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164–173)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 07.11.2017